Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 Ottubru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Xogħol fl-IT fid-Danimarka: Erba’ professjonisti jikkondividu l-istejjer tagħhom

Fl-2017, l-EURES tad-Danimarka nieda "My Big Danish Moment", sensiela ta’ erba’ vidjos qosra dwar espatrijati li jgħixu u jaħdmu fid-Danimarka. F’Awwissu 2019, wara li nnotaw domanda kbira għal speċjalisti kkwalifikati fl-IT fid-Danimarka, huma nedew vidjo li jiffoka b’mod speċifiku fuq professjonisti tal-IT espatrijati li jaħdmu fid-Danimarka. Il-vidjo, li diġà laħaq aktar minn 10,000 persuna fuq il-midja soċjali, jikkondividi l-esperjenza ta’ erba’ ċittadini tal-UE li marru jgħixu f'Aarhus, id-Danimarka biex isegwu karrieri fl-IT.

Working in IT in Denmark: Four professionals share their stories
Workindenmark

Wara tmien snin jaħdem fl-IT fir-Rumanija, Corneliu Ionut Preotu kien lest għal sfida ġdida, u għalhekk iddeċieda li jmur jgħix id-Danimarka. Issa, jaħdem bħala Maniġer tas-Sigurtà fl-IT fl-industrija tal-ħalib ma’ Arla Foods. Magdalena Houška, mill-Kroazja, u Alpár Imets, mir-Rumanija, ġew id-Danimarka madwar ħames snin ilu biex isegwu lawrji fl-inġinerija tas-softwer fil-VIA University College. Illum, it-tnejn li huma jaħdmu bħala Inġiniera tas-Sistemi fil-kumpanija tas-softwer tal-kompjuter Systematic, filwaqt li jaħdmu speċifikament fuq proġetti ta’ difiża. Angelo Agatino Nicolosi telaq mill-Italja u mar jgħix id-Danimarka 11-il sena ilu. Huwa jaħdem bħala teknoloġista fl-industrija tal-moda ma’ Bestseller, kumpanija tal-ħwejjeġ b’madwar 20 marka tal-moda fid-dinja kollha.

Għaliex id-Danimarka?

Id-Danimarka tista’ tkun post tajjeb ħafna għall-professjonisti tal-IT li jixtiequ jirrilokaw għal għadd ta’ raġunijiet. Wieħed mill-benefiċċji ewlenin huwa li l-industrija tal-IT tad-Danimarka hija innovattiva u tħares ’il quddiem. “Is-suq tal-IT fid-Danimarka huwa dinamiku ħafna u progressiv fl-istess ħin. Huwa aġġornat mal-progress fid-dinja tal-IT,” spjega Corneliu.

Għal ħafna, l-opportunità li tistudja u taħdem f’ambjent fejn jiġi mitkellem l-Ingliż toffri vantaġġ kbir. “Kelli diversi opportunitajiet. Xtaqt nistudja bl-Ingliż, u fid-Danimarka kelli din l-opportunità,” qal Alpár. Huwa apprezza wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-Danimarka. “Nista’ nifhem sew jekk xi ħadd irid imur Silicon Valley. Jiġru ħafna affarijiet eċċitanti hemm. Iżda, dak li jogħġobni dwar il-fatt li naħdem fid-Danimarka huwa li, għalkemm iħeġġuk taħdem ħafna u tagħmel xogħlok sew, tiġi skoraġġut ukoll milli taħdem iżżejjed — mhux biss għaliex mhuwiex tajjeb għalik personalment, iżda wkoll għaliex dan lanqas mhuwa tajjeb għall-kumpanija,” huwa kompla jgħid.

Angelo japprezza wkoll il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jingħata importanza fid-Danimarka, kif ukoll il-kwalità tal-ħajja inġenerali. “Ġejt offrut xogħol ma’ Google u Facebook diversi drabi. Iżda ma ridtx, għaliex waħda mill-affarijiet li hija importanti għalija mhijiex biss il-karriera tiegħi, iżda wkoll il-possibbiltà li jkolli familja,” huwa spjega. “Is-sistema tas-sigurtà soċjali li ssib hawnhekk fid-Danimarka, ma ssibha mkien ieħor fid-dinja. Hija unika ħafna,” kompla jgħid.

Kultura ta’ xogħol fl-industrija tal-IT Daniża

Meta ġew mistoqsija dwar il-kultura tax-xogħol fid-Danimarka, l-erba’ professjonisti kollha tal-IT semmew li ħassewhom importanti fuq il-post tax-xogħol. “Dak li jogħġobni l-aktar f’xogħli huwa l-libertà fuq ix-xogħol u li nagħmel l-għażliet tiegħi stess,” qalet Magdalena.

Il-kumpaniji Daniżi ġeneralment għandhom struttura organizzattiva ċatta, li jfisser li hemm ġerarkija baxxa ħafna. “Forsi l-aspett l-aktar importanti ta’ dak li ġabni u żammni fid-Danimarka huwa l-istruttura tal-post tax-xogħol. Napprezza l-fatt li nista’ nitkellem mal-maniġer tiegħi direttament, mingħajr passi ta’ ġerarkija li jostakolaw id-djalogu. Tista’ ssemma’ leħnek mal-maniġer u l-kollegi tiegħek meta tħoss li għandek tagħmel dan,” spjega Corneliu.

“Jekk għandek idea tajba ħafna, ma tagħmilx differenza jekk tkunx mort taħdem fil-kumpanija tliet xhur ilu jew jekk tkunx ilek hawn 20 sena – għandek l-istess vuċi bħal kwalunkwe persuna oħra u jekk l-ideat tiegħek ikunu tajbin, se jsiru realtà,” ikkonkluda Angelo.

F’dak li jirrigwarda l-progress fil-karriera, Alpár huwa ottimist: “Fid-Danimarka tingħata s-setgħa fuq il-post tax-xogħol, f’termini ta’ kif tikber int u kif tara lilek innifsek tikber fl-organizzazzjoni, biex dan ikun tajjeb għalik kif ukoll għall-organizzazzjoni.”

Workindenmark, is-servizz pubbliku tal-impjieg li l-maġġoranza tal-Persunal tal-EURES tad-Danimarka jagħmel parti minnu, iqabbel kandidati bi kwalifiki għolja ma’ impjiegi battala fid-Danimarka permezz tal-portal tal-EURES u l-bank tas-CV ta’ Workindenmark. Dan iħeġġeġ lin-nies biex imorru jaħdmu fid-Danimarka kemm online kif ukoll fil-fieri tal-impjiegi, kif ukoll joffri appoġġ lill-kandidati biex iħejju s-CV u l-ittra ta’ akkumpanjament tagħhom għas-suq tax-xogħol Daniż.

Jekk qed tfittex li ssegwi karriera fl-IT, id-Danimarka tista’ tkun il-post għalik. Għaliex ma tidħolx fuq Workindenmark.dk jew fil-portal tal-EURES illum biex tibda t-tfittxija tiegħek għal impjieg fid-Danimarka?

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Persunal tal-EURES

Taħdem fl-IT fid-Danimarka

Workindenmark.dk

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Stejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.