Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Ix-xogħol jew l-università - liema l-aħjar għalik?

It-teħid taʼ deċiżjonijiet dwar il-futur tiegħek qatt mhuwa faċli, speċjalment meta għandek ħajtek kollha quddiemek u tinsab inkwetat li ma tmurx tagħżel it-triq il-ħażina. Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet kbar li ħafna żgħażagħ iridu jieħdu tinħoloq hekk kif jispiċċaw l-iskola: tmur l-università jew tmur dritt fid-dinja tax-xogħol?  Hija mistoqsija mill-eqdem u hija waħda li mʼgħandhiex tweġiba faċli. Ġbarna flimkien xi ħsibijiet li nittamaw ser jgħinuk biex tiddeċiedi dak li hu l-aħjar għalik.

Work or university – which is right for you?
Shutterstock

Jiddependi minn dak li trid tagħmel bʼħajtek...

Hemm xi industriji li, bħala standard, jeħtieġu li l-impjegati jkollhom lawrja universitarja.  Dawn għandhom tendenza li jkunu tradizzjonalment aktar akkademiċi, bħall-mediċina, il-matematika jew ix-xjenza, fejn huma meħtieġa snin taʼ studju sabiex jiżviluppaw l-għarfien meħtieġ.

Madankollu ħafna industriji – bʼmod partikolari dawk aktar vokazzjonali – jistgħu jivvalutaw l-esperjenza tax-xogħol bl-istess mod bħal lawrja peress li din tipprovdi dik l-esperjenza 'fuq il-postʼ (‘hands-on’) li xi kultant ma teżistix fʼkorsijiet universitarji. Aħseb dwar xʼtip taʼ karriera tixtieq li jkollok u jistaʼ jkun li ssib li din tiddetta liema direzzjoni jeħtieġ li tieħu.

...u jekk fil-fatt għadek ma tafx dan

Iżda nagħmlu mod għadek ma ddeċidejtx xi trid tagħmel? Mela, l-għażla bejn l-università jew impjieg ma jfissirx li ser tibqaʼ fʼdik il-karriera għal ħajtek kollha. Jekk aktar tard trid tbiddel għal industrija differenti, allura iż-żmien li għaddejt l-università jew taħdem ma kienx għalxejn Il-komunikazzjoni u l-ħiliet diġitali jistgħu jiġu ttrasferiti u huma universali. Ser iservuk tajjeb kull fejn tmur.

Barra minn hekk, forsi jkun tajjeb li tagħti ħarsa lejn ir-rwoli tal-ħiliet u tal-impjieg li jeżiġu bʼmod partikolari l-impjegaturi. Jistaʼ jkun hemm xi ħaġa li tinteressak u tistaʼ tagħti spinta lill-opportunitajiet tiegħek taʼ impjieg, immaterjali jekk tmurx dritt fuq il-post tax-xogħol jew l-università.

Hemm implikazzjonijiet finanzjarji

Il-flus huma dejjem suġġett iebes, iżda huwa importanti li jiġu kkunsidrati - bʼmod partikolari fʼpajjiżi fejn iż-żgħażagħ spiss jitilqu l-università bʼammont sinifikant taʼ dejn. Il-biċċa l-kbira tal-korsijiet ser jinvolvu spejjeż mhux ħażin, li jibqgħu miegħek lil hinn mill-università, filwaqt li l-impjiegi jgħinuk biex tfaddal il-flus.

Madankollu, l-investiment jistaʼ jgħinek fil-ġejjieni, peress li lawrja universitarja spiss tiftaħ bibien għal impjiegi li jħallsu aktar. Hemm ukoll opportunitajiet għal boroż taʼ studju disponibbli fʼħafna pajjiżi tal-UE, li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ matul l-università mingħajr ma jkun hemm fl-aħħar il-proċess twil tal-ħlas tad-dejn.

Tistaʼ tagħmilhom it-tnejn

Ħafna studenti universitarji jikkombinaw l-istudji tagħhom maʼ impjieg part-time, kemm għal aktar flus kif ukoll għall-kisba tal-esperjenza. Dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli, bʼmod partikolari jekk is-suġġett li qed tistudja fih ħafna xogħol, iżda huwa mod tajjeb li jkollok l-aħjar miż-żewġ sitwazzjonijiet.

Min-naħa l-oħra, il-fatt li ddeċidejt li tagħżel il-post tax-xogħol ma jfissirx li l-istudju mʼgħadux għażla. It-tagħlim mill-bogħod sar ħafna aktar disponibbli grazzi għall-avvanz teknoloġiku, filwaqt li l-korsijiet part-time joffru flessibbiltà li jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek

Ħafna aktar universitajiet qed jgħinu wkoll biex tissolva din id-dilemma billi joffru korsijiet li jinvolvu kemm l-istudju kif ukoll ix-xogħol. Il-parteċipazzjoni fʼkors bħal dan tippermettilek tibbenefika mill-aħjar taż-żewġ sitwazzjonijiet, allura għaliex ma tarax xʼqegħdin joffru l-universitajiet fʼpajjiżek jew barra pajjiżek?

Hemm it-tielet għażla

Apprendistati, traineeships u internships huma mod ieħor biex timtelaʼ dik id-differenza bejn ix-xogħol u l-istudju. Huma wkoll mod eċċellenti li tagħmel pass żgħir fl-industrija jew fil-karriera li tinteressak u tikseb esperjenza utli. Iċċekkja t-taqsima tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ taʼ Drop’pin@EURES biex tibda t-tiftix tiegħek għall-apprendistat, it-traineeship jew l-internship ideali.

Naturalment, hemm ħafna aktar punti xʼtikkunsidra – din mhix deċiżjoni faċli – iżda nittamaw li dan jgħinek tidentifika xi wħud mill-kunsiderazzjonijiet kbar! Tkun xi tkun id-deċiżjoni, għaliex ma żżidx dimensjoni oħra billi tagħmel hekk fʼpajjiż differenti? L-artiklu tagħna dwar nistudja, nitħarreġ u naħdem barra jinkludi xi pariri essenzjali biex jgħinuk tibda.

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.