
Inqas stressanti għall-kandidati
Bħala parti mill-jum ta’ valutazzjoni tiegħek, inti jkollok intervisti individwali, li ġeneralment ikunu l-parti l-aktar stressanti tal-proċess ta’ ingaġġar ta’ ħaddiema għall-persuna intervistata. Il-kandidati jistgħu jkunu stressjati dwar l-ivvjaġġar, dwar il-fatt li jkunu f’post mhux familjari jew saħansitra dwar il-fatt li jridu jżommu l-kuntatt bl-għajnejn. Meta l-intervista ssir online jittaffew ħafna mill-pressjonijiet ta’ intervista wiċċ imb wiċċ. Konsegwentement, l-impjegati potenzjali li huma nervużi u li jaf ma jagħtux ir-riżultati mistennija wiċċ imb wiċċ jistgħu jibbenefikaw minn intervista fi spazju iktar newtrali.
Is-sejbien ta’ persuni li jaħdmu tajjeb fi grupp
Il-jiem ta’ valutazzjoni virtwali jippermettulek tkun taf liema kandidati jaħdmu tajjeb mal-oħrajn. Il-komunikazzjoni permezz tal-internet tfisser li jista’ jkun faċli li tinterrompi persuna oħra. Pereżempju, kandidat li jista’ jkun kariżmatiku meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ, jaf jiddomina spazju online u ma jagħtix lil oħrajn l-opportunità li jitkellmu f’diskussjonijiet fi grupp. Għalhekk, huwa importanti li tara kif il-kandidati tiegħek jinteraġixxu f’komunikazzjonijiet virtwali u jekk jinkoraġġixxux u jappoġġaw lil xulxin. Li jkollok indikazzjoni tal-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni online tagħhom huwa partikolarment importanti jekk it-tim tiegħek se jkun qed jaħdem f’arranġament mill-bogħod jew ibridu matul l-impjieg.
L-identifikazzjoni ta’ dawk li jafu jużaw it-teknoloġija
Jum ta’ valutazzjoni virtwali huwa mod sempliċi kif tara kemm l-impjegat potenzjali tiegħek jirnexxielu jaħdem tajjeb online, minkejja dak li jkun kiteb fis-CV tiegħu dwar il-kompetenzi tiegħu fit-teknoloġija. X’aktarx li l-jum ikun jikkonsisti minn intervisti, testijiet u preżentazzjonijiet online, u għalhekk se ssir taf faċilment liema kandidati huma effettivi meta jaħdmu mill-bogħod.
Huwa aktar sempliċi li t-testijiet isiru online
Permezz tal-użu tal-jiem ta’ valutazzjoni virtwali, tista’ faċilment twettaq testijiet u valutazzjonijiet online. Jekk ir-rwol tal-impjieg jeħtieġ kompetenza f’qasam speċifiku, jum ta’ valutazzjoni virtwali jippermetti implimentazzjoni bla xkiel tal-valutazzjonijiet u jkun mod sempliċi mod kif tiġbor u tipproċessa r-riżultati. Għaldaqstant, il-valutazzjonijiet virtwali jevitaw il-kumplikazzjonijiet ta’ ttestjar ibbażat fuq il-karti u jistgħu jiffrankawlek kemm ħin kif ukoll spejjeż fil-proċess tal-impjegar.
Aktar konxji mis-saħħa u inklużivi
Il-jiem ta’ valutazzjoni virtwali mhux talli jakkomodaw il-potenzjal ta’ tfixkil minħabba pandemiji, iżda x’aktarx ukoll li jżidu l-għadd ta’ kandidati tiegħek. Se tirċievi l-applikazzjonijiet mingħand persuni li, kieku ma kienx il-każ, ma setgħux jissagrifikaw il-ħin u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal intervista wiċċ imb wiċċ għal kariga waħda. Barra minn hekk, il-ħaddiema mobbli minn pajjiżi oħra se jkollhom l-għażla li jattendu, u dan jgħin biex tiġi diversifikata l-firxa ta’ kandidati li tista’ tintervista.
Aktar ekoloġiċi
L-eliminazzjoni tal-ħtieġa tal-ivvjaġġar hija kruċjali għall-ekoloġiċità ta’ jum ta’ valutazzjoni virtwali. Ladarba tqis il-ħtiġijiet addizzjonali ta’ avvenimenti wiċċ imb wiċċ bħall-catering, dokumenti stampati (eż. eżamijiet) u tagħmir ta’ preżentazzjoni, l-ispiża ambjentali ta’ tali avveniment tista’ tiżdied b’mod drammatiku, u dan kollu jiġi evitat virtwalment.
Aktar flessibbli
Il-jiem ta’ valutazzjoni wiċċ imb wiċċ normalment ikunu l-aħħar pass fil-proċess ta’ reklutaġġ; madankollu, m’hemmx għalfejn li dan ikun il-każ għal jiem ta’ valutazzjoni virtwali. L-organizzazzjoni tal-jum online għandha l-vantaġġ li tkun aktar flessibbli u aktar faċli biex tiġi ppjanata (l-ebda post, l-ebda spiża ta’ vvjaġġar jew ta’ catering mhuma meħtieġa) u din tippermetti wkoll li jattendu aktar kandidati. Tista’ saħansitra tiddeċiedi li tospita diversi jiem ta’ valutazzjoni virtwali sabiex tkun tista’ tnaqqas l-għażla tiegħek mingħajr ma żżid l-ispiża.
Tista’ ġimgħa tax-xogħol iqsar tagħmel lill-persunal tiegħek aktar effiċjenti? Hawn huma xi ftit raġunijiet għalfejn ġimgħa tax-xogħol ta’ erbat ijiem tista’ tkun il-futur għall-impjegati tiegħek.
Links relatati:
Tista’ ġimgħa tax-xogħol ta’ erbat ijiem tkun il-futur għall-impjegati tiegħek?
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 April 2023
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiXejriet ta' reklutaġġ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u SuġġerimentiInformazzjoni dwar is-Suq tax-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles