Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet16 Settembru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Għalfejn għandek dejjem tuża l-liv annwali

Ngħixu f’dinja ffukata fuq ix-xogħol, l-iżvilupp u l-innovazzjoni kostanti. Minħabba dan, ħafna nies qegħdin jieħdu inqas liv annwali - iżda dan huwa verament mod produttiv kif naħdmu? Dawn huma r-raġunijiet għalfejn naħsbu li għandek dejjem tuża l-liv annwali.

Why you should always use your annual leave

Inaqqas l-istress

L-użu tal-liv annwali tiegħek jippermettilek tieħu pawża tant meħtieġa mill-istress u d-domandi tal-ħajja tax-xogħol. Li taqta’ mil-laqgħat, mid-dati ta’ skadenza, u minn sitwazzjonijiet stressanti oħra jista’ jagħti ħajja ġdida lil moħħok, u dan ifisser li tkun fi stat aktar b’saħħtu meta tirritorna lura x-xogħol. Madankollu, l-istress normalment jirritorna, u din hija r-raġuni għalfejn huwa importanti li tiskeda pawżi tal-liv annwali matul is-sena. Li tieħu pawżi qosra b’mod regolari jista’ jservi bħala miżura preventiva kontra kwistjonijiet bħad-dipressjoni u l-eżawriment, u dan jiżgura li jkollok dak kollu meħtieġ biex tindirizza t-tensjonijiet ta’ perjodu tax-xogħol intens.

Jgħin il-produttività

L-użu tal-liv annwali jista’ jagħmlek aktar produttiv(a) meta tirritorna lura x-xogħol. Xi kultant, li tieħu ftit distanza minn problema jgħinek tikseb perspettiva ġdida, u jagħtik soluzzjonijiet ġodda u kreattivi. Riċerka mill-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Pjanijiet tal-Benefiċċji tal-Impjegati tissuġġerixxi li l-użu tal-liv annwali jtejjeb il-produttività tal-impjegati b’sa 40 %, u jnaqqas ir-riskju ta’ liv minħabba mard bi 28 %. Għaldaqstant, l-użu tal-liv mhux biss hu ta’ benefiċċju għalik, iżda huwa wkoll ta’ benefiċċju għall-impjegatur tiegħek, peress li jiżgura li inti tkun l-aktar verżjoni produttiva tiegħek innifsek.

Inaqqas ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet tas-saħħa

Kollha kemm aħna jkollna perjodi intensi fuq ix-xogħol - dati ta’ skadenzi li jeħtieġ li nlaħħqu, laqgħat urġenti li jeħtieġ li jiġu skedati, u inbox dejjem tikber ta’ emails li jeħtieġu attenzjoni immedjata. L-istudji wrew li meta taħdem fil-kapaċità massima tiegħek għal perjodu estiż tkun f’riskju akbar ta’ kumplikazzjonijiet serji tas-saħħa, bħal attakki tal-qalb, mard tal-qalb u puplesiji. It-teħid tal-liv annwali huwa għaldaqstant essenzjali għaż-żamma ta’ stil ta’ ħajja li jġib ’il quddiem is-saħħa.

Itejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Id-dedikazzjoni u l-etika tax-xogħol huma kwalitajiet importanti li jkollok biex tirnexxi fil-karriera tiegħek. Madankollu, huwa faċli li taqa’ fin-nassa ta’ xogħol kostanti, kemm jekk ikun fl-uffiċċju kif ukoll jekk ikun id-dar. Filwaqt li l-impjieg tiegħek huwa importanti, ma għandux ikun ħajtek kollha. L-użu tal-liv annwali tiegħek jista’ jkollu impatt konsiderevolment pożittiv fuq il-balanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħek u l-burdata ġenerali tiegħek peress li jippermettilek tqatta’ aktar żmien mal-familja tiegħek, tissoċjalizza u terġa’ tibni relazzjoni mal-ħbieb, jew tmur fuq dik il-btala li dejjem xtaqt tmur.

Tħossok eżawrit/a? Aħna nistgħu ngħinuk! Ara l-artiklu tagħna dwarkif iżżomm bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

 

Links relatati:

Stress tax-Xogħol bħala Fattur ta’ Riskju għall-Mard Kardjovaskulari

Tħossok eżawrit/a? Aħna nistgħu ngħinuk!

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.