Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet4 Jannar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Li tieħu ħsieb il-paġna ta’ Facebook tal-kumpanija tiegħek huwa investiment tajjeb

Ibdel Facebook f’ħanut tradizzjonali ta’ dari, u rawwem lealtà lejn id-ditta tiegħek permezz ta’ baġits żgħar u ħafna kreattività.

Make Facebook into the good old fashion store counter, and create loyalty for your brand with small budgets and lots of creativity.
EURES

Pål Kaalaas jaħdem fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni diġitali għal Global Savings Group u Savly. F'dan l-artiklu, huwa jispjega għaliex tagħmel sens li n-negozji kollha li jkollhom preżenza online jqattgħu l-ħin fuq Facebook:

Ejja niżvelaw għaliex mill-ewwel: Dan mhuwiex artiklu dwar il-“posts standard” fejn int toħloq kontenut b’dehra, togħma u sensazzjoni qishom ta’ reklami. Mhux qegħdin nitkellmu dwar li tavża lin-nies dwar l-iskontijiet jew, jekk niġu f’dan, biex titlobhom jirreġistraw għal newsletter. Dan huwa artiklu dwar il-ħolqien ta’ kontenut li jinvolvi lis-segwaċi tiegħek, li joħloq sens ta’ appartenenza u li jressaq segwaċi ġodda fl-univers tiegħek ta’ Facebook.

Involviment! Din il-kelma għandha tiddendel f’ittri kbar tan-neon fuq il-ħajt ta’ kull kumpanija li trid toħloq grupp ta’ klijent leali fi żmien meta l-lealtà diffiċli tinzertaha. Għadna kif bdejna naraw il-bidu ta’ żmien fejn il-parti l-kbira tan-nies jistgħu jordnaw prodotti jew servizzi minn kullimkien madwar id-dinja billi jagħfsu buttuna, u l-għażla hija f’idejk dwar jekk tixtieqx tara din bħala problema jew bħala opportunità eċċitanti biex toħloq relazzjonijiet ġodda mal-klijenti.

Irrispettivament minn liema industrija tirrappreżenta, bħala kumpanija żgħira jew ta’ daqs medju int se jkollok tikkompeti mal-“irjus il-kbar” u l-baġits enormi għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom - dawk li jħallsu biex il-messaġġ tagħhom jinxtered f’kull salott permezz ta’ reklami fuq it-TV jew strixxuni fuq il-web. M’hemm xejn ħażin b’dak, iżda mhux kulħadd jista’ jaffordja approċċ bħal dan. U hawnhekk jidħlu Facebook u mezzi oħra tal-midja soċjali, li potenzjalment isiru mod eċċellenti kif tiġbed l-attenzjoni tal-grupp fil-mira.

Il-parti l-kbira tan-negozji diġà jinsabu fuq Facebook illum, iżda kemm minnhom jagħmlu sforz kontinwu sabiex jinżamm il-mezz tal-midja soċjali hija storja kompletament differenti. Ħafna ma jaħsbux b’mod kreattiv dwar dak li “joffru”, u jispiċċaw jutilizzaw in-newsletters u l-iskontijiet li ssemmew qabel. M’hemm xejn ħażin billi tirreklama l-offerti tiegħek kull tant żmien, iżda jekk il-maġġoranza tal-posts tiegħek ikunu ċċentrati fuq l-offerti, inti se tbati biex trawwem lealtà jew sens ta’ appartenenza.

Kollox jorbot fuq kemm toħloq sens ta’ involviment. Il-modi kif tikseb dan huma ħafna, iżda x’taħseb jekk tistaqsi lill-grupp tal-klijenti tiegħek għall-opinjonijiet tagħhom dwar isem ta’ prodott ġdid, x’hemm nieqes fil-ħanut tiegħek jew alternattivi għal logo ġdid? Int tista’ tagħmel kompetizzjonijiet, turi ritratti ta’ wara l-kwinti, tikkondividi artikli interessanti, toħloq kwiżż jew tospita webinar. Il-possibbiltajiet huma infiniti. Kollox jorbot fuq li tagħti gost lin-nies filwaqt li ġġiegħlhom iħossuhom parti minn xi ħaġa akbar. Li huma parti minn komunità, biex niftiehmu. Li int qiegħed fl-istess tim għaliex tkun personali u qrib tagħhom.

L-aħħar parti hija sinifikanti. Ma tistax tkun personali mingħajr ma tkun taf il-firma tiegħek, il-prodotti tiegħek u l-vuċi tiegħek. U aktar importanti: il-klijenti tiegħek. Huma se jirrelataw miegħek dment li int titkellem dwar is-suġġetti li jagħmlu sens. Pereżempju, jekk inti tbigħ l-għodda, allura l-klijenti potenzjali tiegħek aktarx se jkunu interessati dwar kif dan it-tagħmir ikun jista’ jintuża.

U għaliex ma teqlibx kollox ta’ taħt fuq? Staqsi lill-klijenti għall-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Facebook jista’ jsir il-verżjoni moderna ta’ ħanut. F'dawn iż-żminijiet, ħafna nies ma tantx għadhom imorru daqshekk fil-ħwienet, u jekk hemm ħaġa waħda li kemm il-klijenti kif ukoll is-sidien tal-ħwienet jistgħu jħossu n-nuqqas tagħha minħabba dan, din hija l-bini ta’ relazzjonijiet permezz tat-taħdit. Mhux “il-prezz huwa” jew “tridu mgeżwer?” iżda “x’inhu l-ikel favorit tiegħek?”, “x'tixtieq tibni fil-ġnien?”, “fejn tixtieq issiefer fuq btala?”, jew “Issa se nagħtik parir eċċellenti”.

Kollox jorbot fuq li tibni għarfien tajjeb dwar id-ditta. Kollox jorbot fuq li tinvolvi lill-klijenti tiegħek. Il-prodotti jew is-servizzi tiegħek huma essenzjali, iżda jekk ma tiltaqax ma’ persuna reali n-naħa l-oħra, li titbissem u li tinvolvi ruħha, mela għaliex għandhom jiftakruk u jagħżlu lilek id-darba li jmiss?

L-aħħar punt: baġits. Facebook huwa negozju. Waqt li tkun qiegħed tibni bażi ta’ klijenti potenzjali, probabbilment int se jkollok tonfoq €5-10 fuq posts essenzjali mmirati lejn in-nies li tixtieq tilħaq. Jekk il-kontenut ikun tajjeb biżżejjed, dak biss se tkun meħtieġ li tinvesti. Ħares lejn dan daqslikieku qiegħed tagħti spinta żgħira lill-post tiegħek sabiex in-nies ikunu jistgħu jiskopruha, jagħmlu like u jikkummentaw f’numri aktar sinifikanti.

Iċċaqlaq minn wara l-mejda u midd idejk!

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Midja soċjali
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.