Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet22 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

X’inhu l-ETV u għaliex jenħtieġ li jinteressani?

Bħala żagħżugħ li qed ifittex impjieg, apprendist aspiranti jew impjegatur potenzjali, probabbli ltqajt mat-terminu “ETV” qabel. Dan huwa akronimu popolari fid-dinja tal-impjiegi, iżda xi jfisser realment għaż-żgħażagħ u n-negozji, u għaliex huwa importanti?

What is VET and why should it matter to me?

X’inhu ETV?

ETV ifisser “edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali”. Fi kliem sempliċi, huwa edukazzjoni u taħriġ f’ħiliet relatati max-xogħol u ħiliet tekniċi speċifiċi. L-industriji fejn l-ETV huwa partikolarment komuni jinkludi l-ospitalità, is-settur tal-bejgħ bl-imnut, l-inġinerija, il-kontabilità u x-xogħol tal-uffiċċji.

X’inhuma l-benefiċċji tal-ETV?

Għaż-żgħażagħ, l-opportunitajiet ta’ ETV jistgħu jkunu divertenti, prattiċi u kreattivi. Huma jwarrbu fil-ġenb l-ħila akkademika pura u jiffukaw fuq ħiliet prattiċi li jistgħu jgħinu lill-persuni jiskopru t-talenti tagħhom. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jidher sabiħ ukoll fuq CV, li jista’ jiftaħ opportunitajiet meta wieħed jiġi biex isib impjieg.

Għan-negozji u l-organizzazzjonijiet, l-ETV joħloq impjegati potenzjali billi jipprovdi studenti b’ħiliet li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-industrija. L-investiment fl-ETV jippermetti direttament ukoll lill-impjegati attwali li jsaħħu l-ħiliet tagħhom, u b’hekk jgħin lin-negozju jew lill-organizzazzjoni jibqgħu kompetittivi u jikbru.

X’tipi ta’ ETV huma disponibbli?

Bosta skejjel, kulleġġi, universitajiet u organizzazzjonijiet joffru opportunitajiet ta’ ETV f’varjetà ta’ oqsma. Uħud iħalltu tagħlim ibbażat fil-klassi ma’ xogħol prattiku, filwaqt li oħrajn jagħmlu enfasi akbar fuq il-kisba tal-esperjenza f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali, bħall-qtugħ tax-xagħar f’salon tal-kulleġġ jew it-tisjir għall-klijenti fir-ristorant tal-kulleġġ.

Il-korsijiet online qegħdin isiru dejjem aktar popolari bis-saħħa tal-flessibbiltà tagħhom. Li tista’ tagħżel meta, fejn u b’liema pass tistudja jagħmilhom opzjoni partikolarment tajba għal persuni b’impenji preċedenti jew limitazzjonijiet tal-ivvjaġġar.

L-apprendistati u t-traineeships fi ħdan in-negozji jew l-organizzazzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati wkoll bħala ETV, billi huma jgħammru lill-persuni bil-ħiliet li għandhom bżonn sabiex ikunu eċċellenti f’industrija speċifika.

L-UE kif qiegħda tappoġġa l-ETV?

L-UE ilha tippromwovi l-ETV bħala mod sabiex tiżdied l-impjegabilità, jiġu żviluppati ħaddiema mħarrġa u tissaħħaħ l-ekonomija tal-Ewropa. Eżempju tajjeb ħafna ta’ dan huwa l-ewwel Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, li tnediet lejn l-aħħar tal-2016 sabiex tiċċelebra u tippromwovi l-ETV.

Inizjattiva kbira oħra b’appoġġ għall-ETV u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ hija l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati. Din il-pjattaforma tlaqqa’ flimkien il-gvernijiet mal-fornituri tal-ETV u organizzazzjonijiet oħra, bil-għan komuni li jsaħħu l-kwalità u l-provvista ta’ apprendistati fl-Ewropa. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa inizjattiva oħra li tipprovdi opportunitajiet, traineeships jew apprendistati f’firxa wiesgħa ta’ setturi għal żgħażagħ motivati ħafna u b’interess fis-soċjetà.

Kif nista’ ninvolvi ruħi fl-ETV?

Għaż-żgħażagħ, il-fornituri tal-edukazzjoni jew iċ-ċentri tat-taħriġ lokali tiegħek huma post mill-aqwa biex tibda jekk qiegħed tfittex kors tal-ETV. Jekk tfittex online fuq siti bħal Droppin@EURES tista’ ssib ukoll firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet, kemm lokalment kif ukoll barra l-pajjiż.

Għan-negozji u l-organizzazzjonijiet, programmi bħal Erasmus+ joffru u jappoġġaw numru ta’ opportunitajiet relatati mal-ETV.

Fejn nista’ nsib iktar tagħrif?

Is-sit web “Edukazzjoni u Taħriġ” tal-Kummissjoni Ewropea għandu xi informazzjoni utli dwar dak li qiegħda tagħmel l-UE għall-ETV.

CEDEFOP huwa ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali u jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej dwar l-ETV.

Is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) tappoġġa l-istudju u l-ħidma barra l-pajjiż billi tagħmilha aktar faċli għan-nies sabiex jiksbu rikonoxximent għall-ħiliet u l-għarfien tagħhom relatati max-xogħol.

 

Links relatati:

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Taħriġ EURESPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Taħriġ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.