Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet8 Jannar 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Xi tfisser il-libertà tal-moviment għall-impjegaturi: R2M Solution

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-25 sena mill-ħolqien tal-EURES, l-impjegaturi ġew mistiedna jikkondividu l-istejjer tal-EURES tagħhom sabiex ikollhom l-opportunità li jirbħu xi premjijiet kbar. Matul il-ftit xhur li ġejjin, se nkunu qed nippreżentaw ir-rebbieħa u l-esperjenzi tagħhom.

What freedom of movement means to employers: R2M Solution
Régis Decorme

Xi tfisser il-liberta tal-moviment għan-negozju tiegħek?

Dik hi l-mistoqsija li l-kompetizzjoni #EURES25 talbet lill-impjegaturi minn madwar l-Ewropa biex iwieġbu. L-impjegaturi ntalbu jibagħtu stampa li tirrappreżenta dak li tfisser il-libertà tal-moviment għan-negozju tagħhom, u l-premjijiet għar-rebbieħa kienu jinkludu vawċers li jiswew EUR 500.

Ħafna mill-impjegaturi ssottomettew ukoll noti ta’ akkumpanjament fejn huma rriflettew dwar kif programmi tal-EURES bħall-Jiem Ewropej tal-Impjiegi (Online), L-ewwel impjieg EURES tiegħek u Reactivate għenu lin-negozji tagħhom jibbenefikaw mil-libertà tal-moviment, billi jappoġġawhom biex jirreklutaw kandidati minn madwar l-UE.

It-tliet rebbieħa tal-kompetizzjoni tħabbru matul ċerimonja ta’ premjazzjoni fl-Avveniment tal-25 Anniversarju tal-EURES fi Brussell fit-30 ta’ Jannar. L-ewwel fost dawn ir-rebbieħa kienet R2M Solution, kumpanija ta’ konsulenza b’erba’ fergħat madwar l-Ewropa. Din hija l-istorja tagħhom.

Isem l-impjegatur:

R2M Solution

Profil:

R2M Solution hija kumpanija Ewropea tar-riċerka u tal-konsulenza, li ġiet imwaqqfa fl-Italja fl-2012. Minn dak iż-żmien ’l hawn kibret biex illum tħaddem aktar minn 50 membru tal-persunal f’erba’ pajjiżi. It-tim ta’ R2M huwa tassew internazzjonali u xi wħud mill-membri tal-persunal tagħha bbenefikaw mill-iskema ta’ mobbiltà tal-impjiegi “Reactivate” tal-UE, li tgħin lill-persuni li qed ifittxu impjieg u li għandhom aktar minn 35 sena biex isibu xogħol barra minn pajjiżhom fl-UE.

Dħul fil-kompetizzjoni:

Għas-sottomissjoni tagħhom għall-kompetizzjoni #EURES25, R2M bagħtu r-ritratt imsemmi hawn fuq, flimkien man-nota li ġejja:

Jirnexxilek taqta’ kemm-il nazzjonalità hija rrappreżenta hawnhekk?

Din hija stampa tal-kumpanija tiegħi — R2M Solution — matul il-laqgħa tagħna tal-Milied li saret f’Pavia, l-Italja, fit-18 ta’ Diċembru 2019.

R2M – Research to Market – hija kumpanija ta’ konsulenza integrata u multidixxiplinari mwaqqfa fl-2012 li kibret għal aktar minn 50 persuna stabbiliti f’erba’ fergħat fl-Italja, fi Spanja, fi Franza u fir-Renju Unit, b’14-il nazzjonalità rrappreżentati (l-Italja, Franza, Spanja, l-Istati Uniti, il-Brażil, il-Venezwela, in-Netherlands, l-Arġentina, l-Eġittu, l-Indja, il-Portugall, ir-Renju Unit, l-Iżrael u ċ-Ċina).

Aħna involuti sew fir-riċerka u fl-innovazzjoni kollaborattiva tal-UE, u b’hekk “il-libertà tal-moviment” hija valur essenzjali għan-negozju tagħna. Tnejn mill-membri tal-persunal tagħna diġà applikaw u bbenefikaw mill-iskema tal-mobbiltà “Reactivate” tal-UE.

Sottomessa minn Régis Decorme, Sieħeb Maniġerjali tal-Fergħa Franċiża, R2M Solution

Ġiet imnedija wkoll kompetizzjoni simili għall-persuni li qed ifittxu impjieg, li tisfidahom biex jikkondividu l-istejjer tal-EURES tagħhom. Il-premjijiet kienu jinkludu kors tal-lingwa u taħriġ fil-ħiliet tal-impjegabbiltà ta’ EUR 500.

Oqgħod attent/a għal artikli dwar it-tliet persuni li qed ifittxu impjieg rebbieħa, kif ukoll għal artikli ulterjuri li jiddeskrivu liż-żewġ impjegaturi l-oħrajn, fuq il-portal tal-EURES matul ix-xhur li ġejjin.

Il-kompetizzjoni #EURES25 kienet parti minn kampanja li għadha għaddejja għall-promozzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-25 anniversarju tal-EURES. Imniedi fl-1994, il-EURES kiber biex illum jinkludi 32 pajjiż u aktar minn 1 000 Konsulent. S’issa, hemm aktar minn 3 miljun opportunità ta’ impjieg u 15 800 impjegatur irreġistrati fuq il-Portal dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol EURES.

Filwaqt li jħares ’il quddiem lejn il-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-network se jwitti t-triq biex jiżgura li ħafna persuni li qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu jafu dwar il-EURES, x’jirrappreżenta, u kif jista’ jappoġġahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.

 

Links relatati:

R2M Solution

Reactivate

Il-Portal dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol EURES

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Id-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.