Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet22 Settembru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Aħna qed nappoġġawk biex issib il-pjanta perfetta għall-uffiċċju tiegħek!

Għal ħafna minna, ix-xogħol daħal fid-dar, li jfisser li issa aħna responsabbli għaż-żamma ta’ spazju tax-xogħol pjaċevoli li jappoġġa l-produttività. Hawnhekk, nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna għall-pjanti perfetti li għandu jkollok fl-uffiċċju tad-dar tiegħek.

We’re rooting for you to find your perfect office plant!

Kaktus

Il-kakti jiffjorixxu bi ftit ilma, għaliex jaħżnu ħafna minnu, u b’hekk jagħmilhom pjanti ideali b’livell baxx ta’ manutenzjoni biex iżommu fuq l-iskrivanija tagħkom. Fil-fatt, jistgħu jmutu jekk jissaqqew iżżejjed, għalhekk jekk inti ssibha diffiċli biex ma ssaqqix iżżejjed, id-distrazzjonijiet ta’ jum tax-xogħol impenjattiv jistgħu jgħinu lill-kakti tiegħek jiffjorixxu. Dawn is-sukkulenti tax-xewk ikunu fl-aqwa tagħhom fid-dawl tax-xemx dirett u huma l-aktar kuntenti f’kamra mdawla tajjeb. Madankollu, l-ispini tagħhom jistgħu jweġġgħu annimali domestiċi jew tfal żgħar, u ħafna minnhom huma tossiċi għall-qtates. Jekk dan huwa ta’ tħassib għalik, ikkunsidra l-Għadma tal-ħut (Fishbone) li hi sikura għall-annimali domestiċi jew il-kaktus tal-Milied.

Peace lily

Il-Peace lilies huma adattabbli ħafna u għandhom livell baxx ta’ manutenzjoni, b’weraq kbir u fjuri bojod impressjonanti. Dan jagħmilhom il-pjanti tad-dar ta’ ħafna nies. Huma wkoll komunikaturi mill-aqwa, peress li l-weraq tagħhom jiddendlu meta jkollhom bżonn l-ilma. Saqqiha kull meta tidher imdejqa, u l-Peace lily tiegħek terġa’ tirpilja u tagħti ħajja ġdida lill-ispazju tax-xogħol tiegħek. Din il-pjanta hija wkoll tajba ħafna bħala purifikatur tal-arja naturali, perfetta għall-appoġġ ta’ ambjent tax-xogħol frisk, nadif u kalm. Iżda għas-sidien tal-annimali domestiċi oqogħdu attenti: hija tossika għall-qtates u l-klieb, għalhekk tista’ ma tkunx paċifika daqs kemm tidher!

Haworthia

L-Haworthia (komunement magħrufa bħala l-kaktus “żebra”) hija pjanta sukkulenti żgħira nattiva għall-Afrika t’Isfel, iżda perfetta għall-iskrivanija tiegħek. Il-Kakti żebra għandhom kemm livell baxx ta’ manutenzjoni (li jeħtieġu tisqija mhux frekwenti) kif ukoll jikbru bil-mod, għalhekk mhux se jikbru żżejjed fl-uffiċċju tiegħek jekk tmur fuq btala. Din il-pjanta sukkulenti bl-istrixxi lanqas mhija  tossika għall-qtates, għalkemm tniggeż, għalhekk oqgħod attent/a jekk il-qattus tiegħek iħobb jitla’ fuq l-iskrivanija tiegħek u jinvadi l-ispazju tax-xogħol tiegħek!

Monstera

Il-Monsteras huma partikolarment effettivi biex ineħħu t-tossini mill-arja, u joħolqu atmosfera ta’ uffiċċju li tħossok lest/a li taħdem fiha. Huma jeħtieġu ftit żbir, iżda l-Monsteras jgħixu għal qalbhom f’dawl baxx. Meta jitqiegħdu f’dawl tax-xemx qawwi, jistgħu jkabbru weraq kbar u f’forma ta’ qalb b’“toqob” distintivi, li jagħtuhom il-laqam tal-pjanta tal-“ġobon Żvizzeru”. Madankollu, il-Monsteras jistgħu jikbru ħafna malajr, għalhekk żomm tiegħek miżbura biex tiżgura li ma tispiċċax bla spazju għalik fl-uffiċċju tiegħek stess! Din il-pjanta hija tossika għall-qtates u l-klieb, għalhekk ikkunsidra li żżommha f’post li mhuwiex faċilment aċċessibbli għall-annimali domestiċi.

Pjanta Brimba

Il-pjanti brimb huma pjanti sbieħ ħafna għall-uffiċċju, peress li huma reżistenti għan-nixfa u eċċellenti fit-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa perikolużi bħall-monossidu tal-karbonju mill-arja. Il-pjanta brimba għandha siluwett impressjonanti ta’ weraq twil li jixbah il-brimb, li joqgħod tajjeb ħafna fl-isfond tal-ispazju tax-xogħol tiegħek mingħajr ma jtellef il-kollegi (għall-kuntrarju tal-Monstera, li għandha d-drawwa li tant tikber li tisraq l-ispettaklu!).

Aloe vera

L-Aloe vera, bħall-kaktus, se tiffjorixxi jekk tinsa ssaqqiha, u b’hekk din il-pjanta hija tajba għal ħaddiem bieżel (jew li jinsa) li tant għandu x'jagħmel li jinsa jieħu ħsieb pjanta. Għalkemm sabiħa meta tħares lejha, tista’ tkun diżappuntat li ssir taf li l-pjanta sukkulenti favorita tiegħek hija tossika għall-qtates u l-klieb, għalhekk żomm l-annimali domestiċi ’l bogħod minnha biex tevita vjaġġ lejn il-veterinarji.

 

Għal aktar għajnuna fil-ħolqien ta’ spazju tax-xogħol speċjali fid-dar, iċċekkja l-artiklu tagħna dwar“Kif tagħmel is-setup tax-xogħol mid-dar tiegħek aktar ekoloġiku”.’.

 

Links relatati:

Kif tagħmel is-setup tax-xogħol mid-dar tiegħek aktar ekoloġiku

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Il-Konsulenti tal-EURES 

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.