
Bħala parti mill-kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi oħra, il-EURES Greċja jorganizza proġetti fuq skala żgħira f'diversi bliet fil-forma ta' jiem tal-intervista, ġbir ta' CVs u appoġġ għas-sejbien tax-xogħol.
Eleni, li twieldet u trabbiet f'Rodi, studjat it-turiżmu u wara li lestiet internship f'reception f'lukanda lokali, hija xtaqet esperjenza ġdida fl-industrija tat-turisti fil-Ġermanja. Żjara lill-PES, wara li rat avviż ta' reklamar ta' postijiet vakanti fis-settur tat-turiżmu fil-Ġermanja, wasslitha għall-EURES, fejn hija ltaqgħet mal-konsulenta Styliani Stavrou.
Il-jiem tal-intervista skedati għall-impjiegi li hija kienet interessata fihom kienu għaddew u l-proċess kien ingħalaq. Madankollu, Styliani ħeġġet lil Eleni tibgħat is-CV tagħha lil ħabibitha Eleni Foulira, konsulenta tal-EURES Greċja, li ħadet ħsieb l-għażla minn qabel tas-CVs għall-avveniment.
"Qatt ma mmaġinajt li kont ser nitlaq minn Rodi f'dik l-għodwa bi tliet offerti tal-impjiegi minn receptions ta' lukandi f'Ħamburg. Il-Konsulenti tal-EURES għenuni bl-informazzjoni u s-CV tiegħi u kienu viċin tiegħi f'kull pass", qalet Eleni Kritikou.
"Hekk kif bgħatt is-CV tiegħi, Eleni Foulira introduċietni ma' Anja Mesch, Konsulenta tal-EURES f'Ħamburg u wara intervista bil-vidjow online, ingħatajt l-impjieg eżattament kif dejjem xtaqt. Irrid nirringrazzja lil EURES Greċja u lill-EURES Ġermanja għall-flessibbiltà tagħhom fil-proċess; f'inqas minn xahar bdejt vjaġġ ġdid f'ħajti u ksibt esperjenzi siewja.”
"Lil Eleni Kritikou nsejħilha forza kalma," qalet Styliani. "Dejjem b'daħka fuq f'fommha, hija ħadet il-pariri kollha tiegħi u kienet taf xi trid mill-bidu nett. Il-fatt li kienet titkellem bil-Ġermaniż u bl-Ingliż b'mod fluwenti kien importanti, iżda fuq kollox, l-iktar affarijiet importanti kienu l-attitudni meraviljuża tagħha u l-maturità tagħha, li spikkaw f'intervista bil-web.
"Peress li hija żagħżugħa, ma tantx għandha esperjenza, iżda quddiemi kelli mara b'ħeġġa kbira li titgħallem, tipprova u tevolvi...Nixtiqilha karriera eċċellenti!"
Links relatati:
Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi fil-Greċja
Aġenzija Federali għax-Xogħol fil-Ġermanja
Il-paġna ta' Facebook tal-EURES Greċja
L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Awwissu 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles