Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet30 Novembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali: Hemm karriera għalija?

Għaż-żgħażagħ fl-Ewropa, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) mhijiex sempliċiment alternattiva għall-università – hija alternattiva ewlenija tajba ħafna. Il-programmi tal-ETV jagħtuk ħiliet prattiċi li huma relatati b’mod dirett max-xogħol u joffru rotta rapida potenzjali għal karriera professjonali. X’jista’ jkun hemm li ma jolqtokx?

Vocational education and training: Is there a career for me?
Shutterstock

Meta tisma’ l-frażi ETV, tista’ taħseb fi ftit vokazzjonijiet “tradizzjonali”. Il-ħaddiema tal-kostruzzjoni, l-elektrixins, il-mekkaniks, il-plamers u dawk li jiżbgħu u jiddekoraw huma kollha eżempji ta’ impjiegi li spiss nassoċċjaw mal-ETV, u dawn il-karrieri – waqt li huma alternattivi tajbin ħafna – mhumiex adattati għal kulħadd.

Il-verità hi li l-ETV hija kunċett ħafna usa’, b’firxa wiesgħa ta’ karrieri potenzjali. F’dan l-artiklu, niddiskutu wħud mill-karrieri li int tista’ taqbad permezz tal-ETV.

Karrieri tradizzjonali tal-ETV

Il-karrieri vokazzjonali ilhom magħna minn żmien il-qedem, meta bdiewa, kokijiet, bennejja, mastrudaxxi u plamers bikrija kienu diġà qed jipperfezzjonaw u jgħaddu l-ħiliet tagħhom. Vokazzjonijiet tradizzjonali oħra bi storja twila jinkludu tal-laħam, tal-ħobż, l-infermiera, il-care workers, il-ħajjata, l-skarpani, il-ħaddieda, il-barbiera, tal-fjuriu l-forestiera.

Minkejja l-industrijalizzazzjoni u l-produzzjoni tal-massa, il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-karrieri baqgħu għaddejjin u għadhom mifruxin mal-UE sal-lum il-ġurnata.

Karrieri tal-ETV moderni

Ir-rivoluzzjoni industrijali u l-iżviluppi teknoloġiċi bikrija rriżultaw f’ħafna vokazzjonijiet ġodda, b’mod partikolari fil-manifattura, fl-inġinerija, fil-mediċina u fit-teknoloġija tal-informatika. Dawn l-industriji kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-ETV u saru għażliet popolari għall-apprendisti, b’mod partikolari minħabba li joffru wħud mill-aktar rwoli mħallsa tajjeb.

Filwaqt li ħafna karrieri tal-ETV b’mod tradizzjonali kienu bbażati f’sessjonijiet ta’ ħidma, f’fabbrika jew fil-laboratorju, illum hemm disponibbli diversi programmi bbażati fl-uffiċċju. Jekk int interessat issir kontabilist, avukat,aġent tal-proprjetà immobbli, ħaddiem tal-bejgħ, disinjatur tal-grafika jew żviluppatur tas-softwer – biex insemmu ftit eżempji – wisq probabbli hemm programm tal-ETV għalik.

Ħafna opportunitajiet huma diġà disponibbli fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut u tal-ospitalità, fejn l-ETV tista’ twassal għal karriera bħala maniġer ta’ maħżen, maniġer ta’ lukanda, chef, aġent tal-ivvjaġġar jew pjanifikatur tal-avvenimenti.

Il-karrieri ETV tal-futur

Fil-fatt, id-dinja tax-xogħol qed tinbidel, u hekk ukoll qed tagħmel in-natura tal-ETV. Fl-era diġitali u globali, qed jinħolqu ħafna impjiegi – speċjalment fl-industriji tat-teknoloġija avvanzata – li ma kinux jeżistu ħamsin sena ilu.

Ir-riċerka tissuġġerixxi li bħala żagħżugħ/a fis-seklu 21, jenħtieġ li saħansitra tikkunsidra tħejji ruħek għal impjiegi li għadhom ma jeżistux.

Huwa maħsub li jekk it-teknoloġija tiżviluppa kif mistenni, daqt ikollna mekkaniks tal-karozzi apprendisti li jsuqu waħdihom, aġenti tal-ivvjaġġar tal-ispazju u anke konsulenti robotiċi. Tara lilek innifsek f’xi wieħed minn dawn l-irwoli? Jekk iva, kors tal-ETV jista’ jkun l-ewwel pass tiegħek!

Mela, liema karriera hija tajba għalija?

B’firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet eċċitanti f’oqsma differenti, aktarx li hemm karriera tal-ETV għalik, u jekk diġà immirajt għal karriera partikolari, l-ETV tista’ tkun l-għażla ovvja għalik.

Madanakollu, ta’ min jiftakar li l-ETV ma tillimitakx għal impjieg speċifiku. Hemm tendenza li korsijiet moderni jiffukaw fuq ħiliet trasferibbli li jistgħu jiġu applikati għal rwoli differenti, u għalhekk tkun tista’ żżomm bosta alternattivi miftuħa.

Jekk qed tfittex aktar informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ apprendistat, Cedefop – iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali – għandu bażi tad-data utli fejn int tista’ ssib informazzjoni dwar skemi fil-pajjiż tiegħek u madwar l-Ewropa.

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat it-tielet Ġimgħa annwali għall-Ħiliet Vokazzjonali Ewropej 2018 bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fi Vjenna, u se jiġu organizzati avvenimenti u attivitajiet usa’ sal-aħħar ta’ Diċembru fil-kuntest tal-Ġimgħa għall-Ħiliet. Sir af aktar hawnhekk.

 

Links relatati:

Inħejju għall-impjiegi tal-futur

Cedefop – il-bażi tad-data Ewropea dwar skemi ta’ apprendistat

Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali 2018

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.