Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet18 April 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kif tuża l-profil tiegħek fuq LinkedIn biex tilħaq b’suċċess lill-impjegaturi

Mill-inqas 75% tal-impjiegi jimtlew permezz ta’ referenzi personali, tal-midja soċjali, u permezz tan-netwerks personali tar-reklutaturi, għalhekk ma għandekx tissottovaluta l-importanza ta’ profil b’saħħtu fuq LinkedIn. Qabel ma jagħmlu kuntatt miegħek l-ewwel ħaġa li l-impjegaturi jagħmlu huwa li jaraw il-profil tiegħek, u għalhekk hawnhekk tista’ ssib ftit suġġerimenti biex tiżgura li tuża l-pjattaforma b’suċċess:

Using your LinkedIn profile to successfully target employers
Shutterstock

Ottimizza l-profil tiegħek
Bħas-CV tiegħek, il-profil tiegħek fuq LinkedIn huwa opportunità biex tħalli impressjoni tajba. Id-differenza hija li wieħed jista’ jara dan il-profil sempliċement billi jikklikkja buttuna, minn kwalunkwe post fid-dinja u meta jrid! Hawnhekk ser issib lista ta’ kontroll qasira biex tiżgura li l-profil tiegħek iħalli l-impatt mixtieq:

  • Inkludi titolu ewlieni ċar. Ir-reklutaturi jridu jifhmu minnufih x’inhi l-ispeċjalità tiegħek biex jaraw jekk din taqbilx mal-postijiet battala tagħhom.
  • Uża l-kaxxa sommarju biex turi għaliex il-kredenzjali tiegħek jagħmluk impjegat/a ideali. Kun konċiż/a nkella dak li jkun ma jaqrax it-test kollu. Ikteb ftit sentenzi dwar il-miri li tixtieq tilħaq fil-karriera tiegħek, kif ukoll x’tista’ toffri lil kumpanija. Imbagħad inkludi t-tieni paragrafu fejn telenka x’ħiliet speċifiċi tista’ toffri.
  • Agħmilha faċli biex wieħed isib il-profil tiegħek. Jekk tissettja l-profil tiegħek għal ‘publicly available’ (disponibbli pubblikament) jew tal-anqas ‘searchable’ (jista’ jiġi mfittex) iżżid iċ-ċansijiet li impjegaturi potenzjali jaraw il-profil tiegħek.
  • Staqsi lill-impjegaturi preċedenti jew lill-kollegi għal rakkomandazzjonijiet bil-miktub. Referenza personali tidher aħjar mis-sempliċi ġbir ta’ rakkomandazzjonijiet fil-lista ta’ ħiliet tiegħek.
  • Agħmel lista tal-impjiegi passati (jew preżenti) tiegħek u agħti dettalji dwar ir-rwol li kellek hemmhekk. Tinsiex tinkludi l-aħjar kisbiet tiegħek u x’ħiliet jew esperjenza ksibt.
  • Semmi kull organizzazzjoni professjonali li inti membru tagħha.
  • Żid l-interessi u passatempi personali l-aktar interessanti tiegħek li jirriflettu bl-aħjar mod il-ħiliet tiegħek. Wieħed minnhom jista’ jkun il-fattur ewlieni li juri lil reklutatur xi rwol jista’ jkollok fil-kumpanija.
  • Agħżel ritratt professjonali. Fir-ritratt tiegħek ara li tkun tidher bl-aħjar mod possibbli. Ara li wiċċek ikun jidher u kun ċert/a li tagħti l-immaġni t-tajba tat-tip ta’ persuna li int. Għandek tidher soċjevoli u pożittiv/a, iżda professjonali.
  • Iċċekkja li ma għandekx żbalji ortografiċi jew grammatikali. L-ewwel ikteb it-testi tiegħek fuq dokument biex tkun tista’ tuża l-iċċekkjar awtomatiku. Qabel ma tippubblika l-profil tiegħek erġa’ aqra t-test kollu b’attenzjoni. Uża dizzjunarju jekk ikollok xi dubju dwar l-ortografija.

Issa lest/a biex tibda tfittex xogħol!

Agħmel lista ta’ kumpaniji fil-mira

Ibda bil-kumpaniji kollha li taf li tixtieq taħdem magħhom u fejn tista' tapplika l-ħiliet professjonali tiegħek. Inkludi l-impjegatur preċedenti tiegħek biex tagħmel kuntatt ma’ kwalunkwe kolleai preċedenti li jista’ jespandi n-network tiegħek.

Uża l-Company Search (Tfittxija ta’ Kumpaniji) ta’ LinkedIn biex issib kumpaniji oħra fil-linja tax-xogħol tiegħek. Tista’ tibda billi tfittex permezz ta’ kliem ewlieni, u mbagħad tista’ tikklassifikahom skont il-lokalità u jekk għandekx kuntatti hemmhekk. Inkludi kwalunkwe kompetitur jew kumpanija msieħba tal-impjegatur preċedenti tiegħek.

Sib l-“Aqwa Għaxra”

Fittex f’Google għall-aqwa impjegaturi fil-linja tax-xogħol tiegħek. Imbagħad mur fuq siti bħal Glassdoor biex tfittex valutazzjonijiet min-naħa tal-impjegati. Oqgħod attent/a għal kwalunkwe artiklu reċenti fil-midja li jista’ jagħtik idea ta’ kif sejjer in-negozju.

Iċċekkja l-Company Pages (Paġni tal-Kumpaniji) ta’ dawn il-kumpaniji fuq LinkedIn biex tara kemm jimpjegaw nies.

Agħmel kuntatt

Uża l-għodda tat-tiftix ta’ LinkedIn biex issib persuni li jaħdmu f’kull kumpanija. Dan jurik jekk hemmx persuni li diġà taf hemmhekk, jew permezz tal-kuntatti diretti tiegħek u ta’ xi alunni tal-università, jew permezz ta’ gruppi jew diskussjonijiet ta’ interess speċjali.

Ibgħat messaġġ dirett lill-persuni li jaħdmu hemm u li għandek konnessjoni magħhom. Għidilhom li inti interessat/a li taħdem mal-kumpanija u staqsihom għal parir dwar lil min għandek tikkuntattja dwar xogħlijiet disponibbli.

Fittex il-maniġers ta’ reklutaġġ jew xi ħadd ieħor f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà fid-dipartiment rilevanti. Jekk ikollok xi kuntatti komuni, tista’ tistedinhom direttament biex tikkonnettja magħhom. Jekk le, LinkedIn jagħtik suġġerimenti ta’ persuni li jistgħu jintroduċuk. Dejjem inkludi messaġġ ta’ introduzzjoni biex turi l-interess tiegħek fil-kumpanija. Għid x’tista’ toffri lill-kumpanija u għidilhom li tixtieq tkun taf b’xi xogħol disponibbli hemm.

Sib kumpaniji jew persuni b’interessi simili għal tiegħek

Qiegħed tfittex bidla? Inti diżinjatur grafiku u tixtieq toħloq qxur tal-kotba oriġinali? Tħobb l-isports u tixtieq ikollok karriera fl-iddisinjar tal-ħwejjeġ tal-isports? Fittex kumpaniji relatati mal-interessi tiegħek u ara f’liema pożizzjonijiet jaħdmu n-nies hemmhekk. Agħmel kuntatti ġodda ma’ ħaddiema oħra b’interessi simili. Dawn jistgħu jqabduk ma’ kumpaniji oħra biex twessa’ t-tfittxija ta’ xogħol tiegħek.

Meta ssegwi kumpaniji li joperaw f’oqsma relatati mal-interessi tiegħek dan jimmotivak biex tibqa’ tfittex ix-xogħol b’mod attiv. Il-ħaġa importanti li trid tiftakar hija: tistenniex ir-reklam — agħmel l-ewwel pass sabiex tkun disponibbli malli jkun hemm opportunità ta' xogħol. Ikkuntattja impjegaturi li temmen li jiswielek taħdem magħhom. It-turija ta’ interess personali tagħmel differenza kbira fil-klassifikazzjoni tal-profil tiegħek u tgħinek issib l-impjieg li dejjem xtaqt!

Trid issir taf aktar dwar kif tista’ tisfrutta bl-aħjar mod dan il-kanal versatili tal-midja soċjali u tiġbed l-attenzjoni tar-reklutaturi? Agħti titwila lejn l-aqwa 10 modi kif tispikka fuq LinkedIn.

 

Links relatati:

EURES LinkedIn page

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Membru tal-Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaKaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.