Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Awwissu 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-aqwa prijoritajiet għall-impjegaturi f’dinja wara l-COVID-19

Hekk kif il-ħajja qed terġa’ lura bil-mod għan-normal, huwa essenzjali li l-impjegaturi jidentifikaw u jindirizzaw l-aqwa prijoritajiet għan-negozji tagħhom. Dawn huma xi wħud mill-prijoritajiet ewlenin li aħna naħsbu li n-negozji għandhom jikkunsidraw meta joperaw fin-“normal il-ġdid”.

Top priorities for employers in a post-COVID-19 world
Shutterstock

Jappoġġaw ix-xogħol flessibbli

F’dinja wara l-COVID-19, huwa importanti li l-impjegaturi jkomplu jippermettu li l-persunal tagħhom jaħdem mid-dar, jekk ikun possibbli. Ħafna ħaddiema probabbilment se jagħżlu li jirritornaw l-uffiċċju, iżda l-impjegati b’sistemi immunitarji dgħajfin u dawk li jgħixu ma’ nies li jkunu f’riskju għandu jkollhom l-għażla li jaħdmu mis-sigurtà tad-djar tagħhom. Barra minn hekk, is-sidien tan-negozji għandhom jiżguraw li t-teleħaddiema tagħhom ikollhom l-għodod u l-mezzi kollha meħtieġa biex jagħmlu xogħolhom b’mod effiċjenti.

Jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema

Is-sidien tan-negozji għandhom isegwu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u jiżguraw li l-postijiet tax-xogħol tagħhom ikunu sikuri biex l-impjegati jerġgħu lura. Hemm ħafna prekawzjonijiet li l-impjegaturi jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-saħħa tal-persunal tagħhom, bħaż-żieda fid-distanza bejn l-iskrivaniji, l-implimentazzjoni ta’ regoli ta’ tbegħid soċjali fl-uffiċċju, l-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tas-sanitizzar, u ż-żieda fil-livell ta’ tindif tal-iskrivaniji u ta’ superfiċji b’kuntatt għoli. L-impjegaturi għandhom iqisu wkoll it-tħassib tal-persunal tagħhom (eż. permezz ta’ stħarriġ tal-kumpanija).

Jużaw il-ħiliet ġodda tal-ħaddiema

Il-kriżi tal-coronavirus ġabet magħha ħiliet mhux suspettati f’ħafna impjegati, bħall-flessibbiltà u l-adattabilità L-impjegaturi skoprew “it-talenti moħbija” f’xi wħud mill-membri tal-persunal tagħhom, bħat-tmexxija u l-ħsieb innovattiv, li ma għandhomx jiġu injorati. Is-sidien tan-negozji jistgħu jikkunsidraw li jpoġġu lil dawn il-ħaddiema inkarigati minn programmi ta’ mentoraġġ, kumitati soċjali jew ingaġġar mill-bogħod ta’ impjegati ġodda. Barra minn hekk, l-impjegati bi ħsieb innovattiv jistgħu jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ skambju ta’ ideat għal opportunitajiet ġodda ta’ negozju. U dawk b’affinità għat-teknoloġija u d-diġitizzazzjoni jistgħu jippruvaw teknoloġiji ġodda biex jipproteġu n-negozju minn kriżijiet futuri.

Iħeġġu s-soċjalizzazzjoni fost il-persunal

Wieħed mill-ikbar żvantaġġi tax-xogħol mid-dar huwa n-nuqqas ta’ interazzjoni soċjali mal-ħbieb u l-kollegi. Huwa importanti li l-impjegaturi joħolqu aktar opportunitajiet għas-soċjalizzazzjoni fl-uffiċċju, bħall-inkoraġġiment għal aktar pawżi għall-kafè, li jkun hemm ħinijiet ta’ divertiment nhar ta’ Ġimgħa wara x-xogħol, jew billi jiġu organizzati avvenimenti għall-impjegati kollha tal-kumpanija. Dan jista’ jgħin biex jiġbor flimkien lit-tim wara xhur twal ta’ iżolament.

Jieħdu s-saħħa mentali bis-serjetà

L-inċertezza soċjali u ekonomika kkawżata mill-COVID-19 poġġiet pressjoni kbira fuq il-benesseri mentali tan-nies. Huwa essenzjali li l-impjegaturi jpoġġu s-saħħa mentali tal-persunal tagħhom fl-ewwel post fix-xhur li ġejjin, peress li l-kuntentizza tal-impjegati hija l-iktar ħaġa importanti. Is-sidien tan-negozji għandhom jiżguraw li l-kumpaniji tagħhom ikollhom pjanijiet ta’ azzjoni ta’ benesseri, sabiex il-ħaddiema tagħhom iħossuhom appoġġati.

Itejbu l-komunikazzjoni interna

Huwa importanti li l-impjegaturi jiżguraw li jkun hemm mezzi ta’ komunikazzjoni ċari biex iżommu lill-persunal tagħhom infurmat dwar kwalunkwe bidla fil-kumpanija. Hemm ħafna inċertezzi ’l quddiem, u n-negozji għandhom ikunu lesti li jieħdu deċiżjonijiet malajr mingħajr ma jħallu lill-ħaddiema tagħhom imħassbin dwar dak li jkun qed jiġri. Komunikazzjoni ċara u regolari se żżomm lill-impjegati kuntenti u fiduċjużi li l-impjegatur tagħhom għandu l-affarijiet taħt kontroll.

Aqra dan l-artiklu dwar kif il-COVID-19 biddel il-mod kif naħdmu.

 

Links relatati:

L-aqwa 8 għodod ta’ kollaborazzjoni online għat-timijiet remoti

Erba’ modi kif il-COVID-19 biddel il-mod kif naħdmu

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimentital-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.