Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet29 Mejju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-aqwa 8 għodod ta’ kollaborazzjoni online għat-timijiet remoti

Li taħdem mill-bogħod għandu l-benefiċċji tiegħu. Ma tqatta’ l-ebda ħin tivvjaġġa lejn l-uffiċċju u tista’ tilbes il-ħwejjeġ l-aktar komdi li għandek. Iżda jekk qed taħdem mid-dar matul il-pandemija, tista’ ssibha diffiċli biex tikkollabora mal-kollegi tiegħek jew iżżomm rendikont tal-progress ta’ kulħadd.

Top 8 online collaboration tools for remote teams
Shutterstock

Din hija r-raġuni għalfejn ħejjejna lista ta’ għodod online utli li jippermettulek tikkondividi l-fajls, tagħmel telefonati u preżentazzjonijiet bil-vidjo, tikkollabora mal-koħaddiema u tiġġestixxi l-proġetti.

Nota: L-għodod kollha f’dan l-artiklu huma mingħajr ħlas, iżda għandhom ukoll verżjonijiet bi ħlas għal esperjenza mtejba.

Ġestjoni tal-proġetti

Asana

Asana tista’ tipprovdi ħarsa ġenerali tajba tal-proġetti kollha li bħalissa għaddejjin fl-organizzazzjoni tiegħek. Int tista’ toħloq listi tal-affarijiet li għandhom isiru għall-proġetti li għaddejjin bħalissa, tistabbilixxi tfakkiriet għall-iskadenzi li jmiss u tibgħat talbiet lill-kollegi.

Trello

Trello tippermettilek li tiġġestixxi l-proġetti tiegħek online bl-użu ta’ kards fuq bord. Immaġinak tikteb kompiti fuq noti u twaħħalhom f’kolonni fuq ħajt. Dawn tista’ tikteb fuqhom, taqlagħhom minn mal-ħajt, u ċċaqlaqhom minn post għal ieħor – verament faċli.

Komunikazzjoni

Slack

Slack hija għodda ta’ kollaborazzjoni b’saħħitha, b’miljuni ta’ utenti fid-dinja kollha. Tista’ tibgħat messaġġi u fajls diretti lil kollegi individwali jew lil grupp ta’ koħaddiema. Barra minn hekk, dipartimenti u timijiet differenti jista’ jkollhom kanali ta’ komunikazzjoni apposta.

Chanty

Chanty hija app taċ-chat li tippermettilek tikkomunika ma’ sħabek tat-tim. Minbarra l-iskambju ta’ messaġġi testwali, tista’ wkoll tagħmel telefonati awdjo u bil-vidjo u tikkondividi l-iskrin tiegħek ma’ parteċipanti tat-telefonati oħrajn.

Vidjokonferenzi

Zoom

Zoom kisbet popolarità kbira, speċjalment mill-bidu tal-pandemija, bħala għodda ppreferuta għal telefonati bil-vidjo, preżentazzjonijiet online u webinars. Hija toffri varjetà wiesgħa ta’ karatteristiċi u tista’ tiġi integrata ma’ programmi oħra, bħal Microsoft Outlook u Google Calendar.

Whereby

Whereby hija aktarx waħda mill-għodod l-aktar faċli biex jintużaw għal telefonati bil-vidjo. Ma għandekx bżonn tilloggja u tniżżell softwer addizzjonali – kollox iseħħ fil-brawżer tiegħek.

Kondiviżjoni ta’ dokumenti u ta’ fajls

Dropbox

Dropbox għandha interfaċċa faċli għall-utent li tippermettilek taħżen u tikkondividi faċilment dokumenti anke ma’ utenti mhux ta’ Dropbox. Dan bħallikieku qed taħżen il-fajls fuq id-diska riġida tiegħek – sempliċement tiddreggjahom fuq l-ikona ċkejkna ta’ Dropbox.

Google Drive

Bi 15 GB ta’ ħażna mingħajr ħlas, Google Drive hija aktarx waħda mill-għodod l-aktar ġenerużi għall-kondiviżjoni tal-fajls. Id-dokumenti tiegħek jistgħu jiġu aċċessati minnek u mit-tim tiegħek b’mod faċli, u tista’ tiftaħhom minn kwalunkwe apparat.

Nittamaw li dawn l-għodod jgħinu biex it-tim tiegħek jingħaqad flimkien f’dawn iż-żminijiet ta’ tbegħid soċjali. Qed tippjana l-ewwel laqgħa virtwali jew webinar online tiegħek? Iċċekkja s-suġġerimenti tagħna għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa online ta’ suċċess.

 

Links relatati:

Asana

Chanty

Dropbox

Google Drive

Trello

Slack

Whereby

Zoom

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

 

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàMidja soċjaliŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.