Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet7 Ottubru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-aqwa 8 mistoqsijiet dwar il-COVID-19 li kull persuna li qed tfittex impjieg għandha tistaqsi waqt l-intervisti

Sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, ħafna negozji biddlu l-mod kif joperaw, u introduċew miżuri ta’ sikurezza differenti jew modi ta’ xogħol mill-bogħod/ibridi. Dawn huma tmien mistoqsijiet importanti dwar il-COVID-19 biex tistaqsi lill-impjegatur futur tiegħek f’intervista tax-xogħol.

Top 8 COVID-19 questions every jobseeker should ask at interviews
Unsplash

L-intervisti tax-xogħol spiss jinħassu bħala interrogazzjoni għall-kandidat. Iżda sabiex iż-żewġ partijiet jiddeterminaw jekk humiex adatti għal xulxin, l-intervisti jeħtieġ li jinħassu aktar bħal konverżazzjoni. Barra minn hekk, billi jistaqsu mistoqsijiet rilevanti, dawk li qed ifittxu impjieg jistgħu jidhru ġenwinament interessati u kompetenti, u jħallu l-ewwel impressjoni tajba fuq l-intervistatur.

Żomm f’moħħok li l-kandidati normalment jingħataw l-opportunità li jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom fl-aħħar, għalhekk għandek għandek tħalli lill-impjegatur jiggwida l-intervista. Bħala regola ġenerali, tajjeb li jkollok bejn żewġ u erba’ mistoqsijiet preparati. Aktar ma tavvanza matul il-proċess tal-intervista, aktar tista’ tistaqsi mistoqsijiet.

X’lezzjonijiet tgħallmet il-kumpanija mill-kriżi?

Il-biċċa l-kbira tan-negozji ma kinux preparati għal kif il-pandemija biddlet id-dinja tax-xogħol. Madankollu, ħafna impjegaturi adattaw malajr għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Huwa importanti li tara x’lezzjonijiet tgħallem l-impjegatur, sabiex tkun tista’ tiddetermina kemm hu lest jirreaġixxi għal kriżijiet simili fil-futur jew biex jaċċetta xogħol mill-bogħod.

Kif iżżomm lill-impjegati sikuri meta jkun hemm tilwim mal-klijenti dwar ir-regoli tas-sikurezza?

Tilwim dwar maskri tal-wiċċ u regoli oħra tas-sikurezza jistgħu jkunu pjuttost komuni f’impjiegi b’kuntatt dirett mal-klijenti, bħal assistenti tal-ħwienet u baristas. Huwa importanti għall-impjegatur li jkollu gwida dwar il-ġestjoni u t-tnaqqis tat-tensjoni f'tali argumenti.

Jekk impjegat jieħu l-COVID-19, x’inhi l-politika tal-kumpanija biex il-bqija tal-persunal jinżamm sikur?

Minkejja l-prekawzjonijiet kollha ta’ sikurezza u r-rati għoljin ta’ tilqim, xorta huwa probabbli li impjegat jista’ jiġi infettat bil-COVID-19. Impjegatur tajjeb se jkollu protokoll fis-seħħ biex jiżgura li l-bqija tal-persunal ikun sikur, pereżempju permezz ta’ ttestjar regolari, politiki tax-xogħol mid-dar, eċċ.

Tipprovdi xi appoġġ meta l-impjegati jkollhom bżonn jieħdu ħsieb membru tal-familja marid?

Jekk għandek membru tal-familja li huwa vulnerabbli għall-virus, din hija mistoqsija importanti li għandek tistaqsi. Sfortunatament, meta jkollna nieħdu ħsieb membru tal-familja marid, xi impjegaturi jistgħu jkunu inqas simpatetiċi inqas minn oħrajn. Ara jekk l-impjegatur tiegħek għandux politika għal xenarji bħal dawn.

X’inhi l-politika tiegħek dwar ix-xogħol mid-dar?

Fil-bidu tal-pandemija, ħafna negozji kienu mġiegħla jkollhom l-impjegati tagħhom jaħdmu mid-dar. Madankollu, ir-restrizzjonijiet qed jitneħħew gradwalment madwar l-Ewropa, u ħafna kumpaniji issa jistgħu jagħżlu l-mod preferut ta’ ħidma tagħhom. Jekk huwa importanti għalik, staqsi lill-impjegatur jekk għandux (jew jippjanax li jimplimenta) opzjoni ta’ xogħol flessibbli jew mill-bogħod fit-tul.

X’appoġġ tipprovdi lit-teleħaddiema?

Xi impjegaturi joffru pakketti ta’ benesseri, taħriġ u tagħmir differenti (eż. laptops tax-xogħol, kompjuters desktop, kameras tal-web) biex jgħinu lill-impjegati tagħhom jagħmlu xogħolhom mill-bogħod. Kun ċert li tistaqsi lill-impjegatur tiegħek x’appoġġ huwa disponibbli għan-nies li jaħdmu mid-dar.

X’impatt kellu l-COVID-19 fuq ir-rwol?

Huwa importanti li tiddetermina kif ir-rwol tiegħek jista’ jiġi affettwat mill-pandemija jew kriżijiet simili. Staqsi impjegatur tiegħek jekk il-kompiti ewlenin tar-rwol tiegħek inbidlux matul il-pandemija u kif. Dan jagħtik idea dwar x’għandek tistenna fil-futur.

Taħseb li dan ir-rwol huwa sigur fit-tul?

Dan huwa relatat direttament mal-mistoqsija preċedenti. F’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza, is-sigurtà tax-xogħol hija importanti ħafna għal kwalunkwe persuna li qed tfittex impjieg. Staqsi lill-impjegatur tiegħek kif jaħseb li dan ir-rwol se jkun sigur fuq perjodu ta’ żmien twil. Sakemm ir-rwol tiegħek jista’ jkun flessibbli, u l-impjegatur jindika li huwa lest li jaġġusta u jadatta għal ċirkostanzi estremi, għandek tkun OK.

Li jkollok intevista tax-xogħol online jista’ jkun ta’ qtigħ il-qalb. Huwa għalhekk li ħejjejna xi suġġerimenti biex timpressjona lill-impjegatur futur tiegħek u tippreżenta lilek innifsek fl-aħjar dawl “virtwali” possibbli.
 

Links relatati:

Kif għandek tispikka f’intervista online għal impjieg
 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Il-Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Xejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.