Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Diċembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Is-7 benefiċċji ewlenin tal-għajxien u tax-xogħol barra mill-pajjiż

Għal ħafna nies, il-vantaġġi ta’ xogħol barra mill-pajjiż huma marbuta biss ma’ pagi ogħla jew ma’ standards ta’ għajxien aħjar. Iżda l-kisba ta’ esperjenza internazzjonali tista’ tkun ħafna aktar ta’ benefiċċju minn kemm jaħsbu n-nies.

Top 7 benefits of living and working abroad
Unsplash

Stima personali aħjar

Il-bidu ta’ ħajja ġdida barra mill-pajjiż iġib miegħu sett ta’ sfidi partikolari - milli ssib akkomodazzjoni sa li ssolvi kwistjonijiet amministrattivi differenti, li titgħallem kif tħallas il-kontijiet tiegħek, u kif tasal bit-trasport lokali. Iżda ladarba ssib tarf ta’ dawn l-affarijiet kollha, is-sens ta’ sodisfazzjon li se jkollok ikun mistħoqq. Li tkun taf li tista’ timmaniġġja f’ambjent kompletament ġdid, se jagħtik il-fiduċja li teħtieġ biex tindirizza sfidi oħra fil-ħajja. Dan huwa importanti b’mod speċjali jekk ma għandekx ħafna esperjenza li tgħix għal rasek.

Ħiliet ġodda tal-ħajja

Meta tmur tgħix barra mill-pajjiż, spiss tkun separat mis-sistema tal-appoġġ tiegħek. F’dawn il-mumenti, tista’ ssir taf dwar lakuni differenti fl-għarfien u fil-ħiliet, li ma kontx taf li kellek. Pereżempju, tista’ tirrealizza li ma tafx kif issajjar l-ikla favorita tiegħek jew kif iżżomm kont tal-baġit tiegħek ta’ kull xahar. Il-fatt li ngħixu barra mill-pajjiż awtomatikament iġegħelna nitgħallmu ħiliet ġodda li jgħinna nkunu aktar indipendenti.

Perspettiva ġdida dwar il-ħajja

Kemm jekk inti minn raħal żgħir jew minn belt kbira, li tmur tgħix barra mill-pajjiż, se jagħtik perspettiva ġdida imprezzabbli dwar il-ħajja. Li tara l-mentalità u l-approċċ ta’ kulturi oħra lejn il-ħajja jistgħu jgħinuk tespandi u tarrikkixxi l-filosofija tiegħek u tistabbilixxi l-valuri personali tiegħek. Dan huwa ħafna aktar diffiċli jekk qatt ma għext barra mill-komunità lokali tiegħek.

Ħiliet ta’ komunikazzjoni aħjar

Li tmur tgħix barra mill-pajjiż ifisser li trid tibni ċrieki soċjali u professjonali ġodda. Dan jista’ jkun diffiċli, speċjalment jekk inti ta’ natura mistħija jew jekk ma titkellimx il-lingwa lokali tajjeb ħafna. Madankollu, dan huwa l-aħjar mod kif tista’ ttejjeb il-komunikazzjoni tiegħek – ħila li mhijiex biss importanti fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, iżda li hija wkoll apprezzata minn min iħaddem.

Ħiliet aħjar fil-lingwi barranin

Irrispettivament minn kemm tieħu lezzjonijiet fil-lingwa, u kemm tipprattika fuq l-applikazzjonijiet għat-tagħlim tal-lingwi fuq il-mowbajl tiegħek, l-aħjar mod kif ittejjeb il-ħiliet tiegħek tal-lingwa huwa li tgħix fil-pajjiż li jitkellimha. Li tkun “involut” fil-lingwa hija opportunità kbira biex tibni l-ħiliet tas-smigħ u tad-diskors tiegħek.

Vantaġġ fuq persuni oħra li qed ifittxu impjieg

Li jkollok esperjenza ta’ xogħol internazzjonali fuq is-CV tiegħek dejjem se tkun ta’ vantaġġ. Dan juri adattabilità, motivazzjoni u determinazzjoni – tliet ħiliet li l-impjegaturi u l-persuni li jirreklutaw jagħtuhom valur kbir. Barra minn hekk, li jkollok esperjenza internazzjonali se jpoġġik f’vantaġġ immedjat fuq kandidati oħra li qatt ma ħadmu barra mill-pajjiż.

Espandi n-network professjonali tiegħek

Li taħdem barra mill-pajjiż hija opportunità kbira biex tespandi n-network professjonali tiegħek. Is-setgħa ta’ network professjonali żviluppata sew ma għandhiex tiġi sottovalutata. Ħafna opportunitajiet ta’ impjieg mhumiex irreklamati pubblikament; minflok, jimtlew permezz ta’ referenzi u networking professjonali. Għalhekk kun ċert li titkellem mal-kollegi l-ġodda tiegħek u li tistabbilixxi relazzjonijiet professjonali tajbin magħhom. Qatt ma taf minn fejn tista’ tiġi l-offerta ta’ xogħol li jmiss.

Dejjem kont toħlom li tibda negozju? Ħafna minna togħġobna l-idea li nkunu l-imgħallem tagħna nfusna, iżda jista’ jkun diffiċli li nsibu l-idea tan-negozju t-tajba li rridu naqbdu. Iċċekja s-suġġerimenti ewlenin tagħna għall-iżvilupp ta’ idea li hi tajba għalik.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Sitt suġġerimenti għall-iżvilupp ta’ idea ta’ negozju li hi tajba għalik

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li jmiss

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.