Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet29 Ottubru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-aqwa 6 suġġerimenti għal networking online effettiv

Għalkemm qed ngħixu f’era diġitali, ħafna opportunitajiet ta’ impjieg għadhom mhumiex qed jiġu rreklamati pubblikament. Minflok, jimtlew permezz ta’ riferimenti u networking professjonali. F’dan l-artiklu, se naqsmu xi suġġerimenti dwar kif tista’ tkun networker online effettiv.

Top 6 tips for effective online networking
EURES

Ipperfezzjona l-preżenza tiegħek online

Qabel ma tibda, kun ċert(a) li taġġorna l-profili tiegħek fuq il-pjattaformi ta’ networking li qed tuża. Tella’ ritratt tal-profil professjonali, ikteb titlu, deskrizzjoni tal-impjieg u sommarju li jattiraw l-attenzjoni, u elenka l-kisbiet, l-esperjenza u l-ħiliet rilevanti tiegħek. Meta tkun qed tibni l-profil tiegħek, ipprova arah mill-perspettiva ta’ impjegatur potenzjali. Profil twil mhux dejjem ifisser profil tajjeb. Żomm l-informazzjoni tiegħek qasira u konċiża. Profil maħsub sew jista’ jkun aktar b’saħħtu milli taħseb.

Barra minn hekk, tinsiex tirrevedi l-mezzi l-oħra tal-midja soċjali tiegħek. L-impjegaturi u r-reklutaturi potenzjali ta’ spiss ifittxu l-kandidati fuq il-midja soċjali, għaldaqstant jaf ikun għaqli li tħassar kwalunkwe post kontroversjali u tivverifika s-settings tal-privatezza tiegħek. Fittex ismek online biex tkun ċert(a) li ma qabiżlek xejn.

Ibni network ibbilanċjat

Waħda mill-aħjar affarijiet tan-networking hija li tista’ tagħtik perspettiva ġdida dwar il-karriera tiegħek. Meta tkun qed tibni n-network tiegħek, kun ċert(a) li żżid ukoll persuni barra mis-settur tiegħek. Il-qasam li fih qed taħdem probabbli għandu xi affarijiet komuni ma’ industriji oħra. Aħseb dwar x’jistgħu jkunu u sib persuni rilevanti minn dawn l-oqsma. Qatt ma taf minn fejn jista’ jiġi riferiment.

Ippersonalizza l-messaġġi tiegħek

Wieħed mill-akbar żbalji fin-networking li jagħmlu l-professjonisti hu li jibagħtu messaġġi impersonali. Aktar ma jkun ġeneriku l-messaġġ tiegħek, aktar ikun probabbli li l-persuna li qed tikkuntattja se tikkunsidrah bħala spam u tinjorah. Qabel ma żżid lil xi ħadd man-network tiegħek, esplora l-profil tagħhom u ara x’għandkom komuni. Mhux bilfors li dejjem tkun esperjenza professjonali - jaf tkunu qed tappoġġaw kawżi soċjali simili jew ikollkom interessi edukattivi komuni. Kun ċert(a) li tibda l-messaġġ tiegħek bir-raġuni għalfejn qed tikkuntattja lil dik il-persuna u x’ġiegħlek tagħżilha.

Kun attiv(a)

Li tingħaqad ma’ network professjonali mhuwiex biżżejjed biex wieħed jinduna bik. Trid tispikka billi tagħmel posts u taqsam il-kontenut rilevanti b’mod attiv, u billi tinvolvi ruħek fil-posts. Uri lin-network il-passjoni tiegħek għall-qasam li tinsab fih.

Kun infurmat(a) sew

Ftakar li l-kwantità ma tfissirx kwalità. Kun ċert(a) li l-posts tiegħek ikunu rilevanti u li l-kontribuzzjonijiet tiegħek ikollhom skop. Jekk jiġi nnutat li qed tagħmel posts tal-kontenut sempliċiment biex tkun għamilthom, l-attività tiegħek ma tibqax tiġi segwita fin-network.

Kun ta’ għajnuna

In-networking huwa reċiproku u dan ifisser li għandek toqgħod għassa għal riferimenti tajbin. Jekk tgħin lil xi ħadd isib impjieg, jaf dak li jkun jirritornalek il-pjaċir fil-futur.

Nittamaw li dawn is-suġġeriment jagħtu spinta lill-ħiliet ta’ networking online tiegħek. Hekk kif ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 bdew jittaffew, l-avvenimenti fiżiċi ta’ networking qed jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Kun ċert(a) li tara wkoll l-aktar gwida importanti ta’ networking wiċċ imb wiċċ tagħna.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

L-aktar gwida importanti għan-networking

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Il-Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li se jsiru dalwaqt

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.