Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Settembru 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Pariri biex tibqa’ rilevanti fis-suq tax-xogħol wara l-pandemija

Bin-negozji li qed jerġgħu jiftħu bil-mod wara l-lockdown tal-COVID-19, ħafna persuni li qed ifittxu impjieg u ħaddiema qed jitħassbu dwar kif se jibqgħu impjegabbli f’dawn iż-żminijiet inċerti. Fil-EURES, ħejjejna xi pariri li se jgħinuk tibqa’ rilevanti fis-suq tax-xogħol u tipproteġi l-karriera tiegħek minn kriżijiet futuri.

Tips to stay relevant in the job market after the pandemic
Shutterstock

Ivvaluta u kabbar il-ħiliet tiegħek

Jekk bħalissa għandek aktar ħin liberu għad-dispożizzjoni tiegħek minħabba li qed taħdem mill-bogħod, inti tista’ tużah biex tikseb ħiliet ġodda jew biex ittejjeb dawk eżistenti. Sadanittant, probabbilment tgħallimt ħiliet ġodda biex tkompli tagħmel xogħlok mid-dar, għalhekk ieqaf ftit biex tirrifletti x’inhuma (pereżempju, il-ġestjoni tal-ħin, il-flessibbiltà, jew forsi l-użu ta’ għodda diġitali ġdida).

F’każ li tkun tlift xogħlok minħabba l-COVID-19, dan huwa ż-żmien perfett biex tkabbar il-ħiliet tiegħek u żżid l-impjegabbiltà tiegħek. Hemm ħafna opportunitajiet online biex ittejjeb is-CV tiegħek. Tista’ tislet ispirazzjoni mill-artiklu tagħna L-aqwa 6 pjattaformi bla ħlas għal korsijiet online.

Pjanijiet għall-futur

F’dawn iż-żminijiet inċerti, l-ippjanar għall-futur jista’ jkun diffiċli. Iżda tista’ tippjana ftit xenarju personali sabiex tbassar kif jistgħu jiżviluppaw l-affarijiet, l-istess bħall-mod li bih il-kumpaniji jistabbilixxu l-istrateġija tan-negozju tagħhom. Huwa essenzjali li naħsbu dwar fejn se teżisti domanda għax-xogħol u kif l-aħjar nieħdu vantaġġ minn dan. Ta’ min jesplora t-tip ta’ xogħol li jidher stabbli f’diversi xenarji differenti.

Tibżax minn kuntratti ta’ terminu qasir u ta’ nofs terminu

Hekk kif il-kumpaniji jirkupraw mill-pandemija u jadattaw għall-ambjent tan-negozju l-ġdid, x’aktarx li jimpjegaw aktar kuntratturi milli impjegati permanenti. Dan jista’ jinftiehem, peress li jippermetti lin-negozji jifhmu kif se jinbidlu l-affarijiet u x’se jkunu l-ħtiġijiet finali tagħhom.

Li taħdem fuq kuntratt ma’ kumpanija għandu ħafna benefiċċji – dan jippermettilek tagħmel kuntatti ġodda, tibni n-network tiegħek u tikseb esperjenza, filwaqt li ma tħalli l-ebda vojt fis-CV tiegħek. Barra minn hekk, ejjew ma ninsewx il-possibbiltà li wieħed isir impjegat permanenti.

Biddel id-direzzjoni tiegħek jew sib impjieg kompletament ġdid

Jekk il-karriera tiegħek saritilha ħsara b’mod permanenti waqt il-pandemija, se jkollok bżonn issib impjieg kompletament ġdid jew tbiddel id-direzzjoni tiegħek lejn linja ġdida ta’ xogħol. Billi ssib impjieg kompletament ġdid, inti tibda mill-ġdid – sew jekk titgħallem ħila għal impjieg ġdid, jew jekk tagħmel traineeship biex tikseb esperjenza fi sfera ġdida. B’mod alternattiv, meta tbiddel, issib mod kif tuża l-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien eżistenti tiegħek f’qasam ieħor. Is-sejba ta' impjieg kompletament ġdid u l-bidla fid-direzzjoni jistgħu jfissru li jista’ jkollok bżonn taċċetta impjieg b’inqas ħlas, iżda bil-mentalità t-tajba tista’ terġa’ tkabbar il-karriera tiegħek.

Kun lest li taħdem mill-bogħod

Konsegwenza pożittiva tal-pandemija hija li l-kumpaniji rrikonoxxew li n-nies jistgħu jaħdmu mid-dar b’mod effettiv. It-telexogħol jippermettilek tapplika għal impjiegi barra mir-reġjun tiegħek jew saħansitra barra minn pajjiżek. Ikkunsidra opportunitajiet ta’ xogħol li joffru telexogħol. Anke jekk l-elenkar ta' impjieg ma jgħidx li l-kumpanija hija miftuħa għal għażliet ta’ xogħol mid-dar, staqsi xorta waħda. Ma għandek xejn x’titlef.

Għandek kurżità dwar x’inhuma l-ħiliet tal-futur? Iċċekkja l-artikolu tagħna 8 ħiliet essenzjali għas-suċċess f’dinja post-COVID-19

 

Links relatati:

L-aqwa 6 pjattaformi bla ħlas għal korsijiet online

8 ħiliet essenzjali għas-suċċess f’dinja post-COVID-19

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.