Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet23 Frar 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Il-ħidma f’tim tagħmel il-ħolma ssir realtà: Kif trawwem il-fiduċja fost l-impjegati tiegħek

Meta l-impjegati jkollhom fiduċja fil-kollegi tagħhom, ikunu jistgħu jaħdmu u jikkollaboraw aħjar minħabba li jafu li għandhom l-appoġġ sod ta’ dawk ta’ madwarhom. Iżda inti kif tista’ tgħin biex titrawwem il-fiduċja fit-tim tiegħek? Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk!

Teamwork makes the dream work: How to foster trust among your employees
Adobe Stock

Inkoraġġixxi l-kuntatt personali

Jista' jkun diffiċli li jkollok fiduċja f’xi ħadd li ftit li xejn taf dwaru. Inkoraġġixxi lill-membri tat-tim tiegħek biex isiru jafu lil xulxin barra mix-xogħol, u b’hekk iħossuhom aktar komdi jikkollaboraw ma’ xulxin. Dan ma jfissirx li jkollhom bżonn iqattgħu ħin flimkien barra mill-ħinijiet tax-xogħol (speċjalment peress li ħafna timijiet issa jaħdmu mill-bogħod, li jista’ jagħmel dan diffiċli jew impossibbli). Minflok, dan jista’ jkun sempliċi bħal tinkoraġġixxi u tinvolvi lilek innifsek f’diskussjonijiet amikevoli matul laqgħat tat-tim, u tagħmel sforz biex tistaqsi u tiftakar x’qed jiġri fil-ħajja tal-kollegi tiegħek.

Tisma’ b’mod attiv

Li tisma’ b’mod attiv l-ideat u l-perspettivi tal-impjegati tiegħek huwa l-pedament għal relazzjoni ta’ ħidma tajba magħhom. Kun riċettiv għal metodi ġodda ta’ kif isiru l-affarijiet, u kun żgur li t-tim tiegħek iħossu komdu li jikkondividi kummenti kemm pożittivi kif ukoll negattivi miegħek mingħajr biża’ ta’ ġudizzju jew twissija. Iddedika ħin għalihom biex jagħmlu dan, inkluż f’laqgħat regolari individwali u fi grupp.

Ħu azzjoni fil-każ ta’ suġġerimenti

Mhux biżżejjed li tisma’ l-ideat u l-perspettivi tal-impjegati biss – jeħtieġ ukoll li taġixxi fuqhom. Meta l-kollegi jressqu suġġeriment jew kumment utli, kun żgur li ssegwi magħhom dwar il-mod kif qed tittieħed azzjoni. Jekk, min-naħa l-oħra, jagħmlu suġġeriment li ma taqbilx miegħu, tkunx xettiku. Minflok, spjega b’mod kostruttiv għalfejn tħoss li għandu jittieħed approċċ differenti, u kun miftuħ biex tisma’ aktar ideat jew kjarifiki.

Agħti feedback regolari

Tistenniex sal-proċess ta’ evalwazzjoni formali biex tipprovdi feedback lit-tim tiegħek. Minflok, agħti l-feedback fil-pront, fi żmien xieraq u fil-privat, jekk ikun meħtieġ. Dan ifisser li l-impjegati tiegħek jistgħu jieħdu azzjoni immedjata biex jaġġustaw l-approċċ tagħhom. Stennija twila wisq tista’ tagħmel il-kummenti tiegħek inqas effettivi. Dan huwa partikolarment minnu jekk ikunu negattivi, peress li l-membri tal-persunal jistgħu jħossuhom li ġew ikkonfrontati b’mod inġust, u b’hekk jistgħu jiġu distratti mill-kompiti li jkunu qed jaħdmu fuqhom f’dak il-mument.

Kun trasparenti

Xi drabi, tista’ tħossok skomdu tiddiskuti suġġetti sensittivi mal-membri tat-tim tiegħek – pereżempju, il-kanċellazzjoni ta’ bonus tant antiċipat, jew bidla kbira fil-prattiki tax-xogħol. Madankollu, id-dewmien jew l-evitar ta' dan jagħmel biss ħsara lir-relazzjoni tiegħek, kif ukoll lis-sens ta’ appartenenza tagħhom fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħek. Minflok, kun dirett rigward il-prospettiva tan-negozju, kemm jekk hija tajba kif ukoll jekk ħażina, u żomm lill-impjegati tiegħek infurmati dwar kwalunkwe bidla li tkun riesqa li jista’ jkollha impatt fuqhom.

Mexxi bl-eżempju

Ħadd ma jħobb l-ipokriti. Jekk inti ma temminx verament fl-istruzzjonijiet u l-pariri tiegħek stess, kif tista’ titlob dan mit-tim tiegħek? Biex tinkoraġġixxi mġiba speċifika fost l-impjegati tiegħek, żomm lilek innifsek mal-istess standard u segwih fl-aspetti kollha tal-ħidma tiegħek.

Uri apprezzament

Impjegati li l-isforzi tagħhom qatt ma jiġu rikonoxxuti x’aktarx li ma jkunux motivati biex ikomplu x-xogħol iebes tagħhom. Minflok, uri li inti tapprezzahom billi tenfasizza u tfaħħar il-kisbiet speċifiċi tagħhom ma’ membri oħra tal-persunal, u ifirħilhom għax-xogħol siewi li jkun sar. Barra minn hekk, kun żgur li tipprovdi inċentivi finanzjarji u ta’ karriera trasparenti bħala premju.

Il-ħtieġa li jingħata feedback tista’ tagħmel il-bini ta’ relazzjoni pożittiva mal-impjegati diffiċli. Tgħallem il-mod kif jingħata feedback negattiv b’mod sensittiv bil-għan li taħdem b’mod aktar kostruttiv mat-tim tiegħek.

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Il-mod kif jista’ jingħata feedback negattiv lill-impjegati b’mod sensittiv

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.