Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 Jannar 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Skills for Jobs: Kif tista’ tisfrutta bl-aħjar mod il-bażi tad-data tal-OECD

Id-dinja tax-xogħol qed tinbidel fost l-iżviluppi teknoloġiċi u l-globalizzazzjoni. Għall-impjegati u għal min iħaddem, huwa importanti li wieħed ikun jaf liema ħiliet huma mfittxin - u liema hemm ħafna minnhom - f’ċerti pajjiżi u xogħlijiet. Hawnhekk tidħol il-bażi tad-data ta’ Skills for Jobs.

Skills for Jobs: How to get the most out of the OECD’s database
OECD

X’inhi l-bażi tad-data ta’ Skills for Jobs?

Imnedija fl-2017 mill-OECD, Skills for Jobs tipprovdi informazzjoni dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħiliet f’40 pajjiż, kif ukoll żbilanċi fl-okkupazzjonijiet.

Din tinkludi ħiliet konjittivi, soċjali u fiżiċi, u tista’ tgħinek tifhem liema ħiliet huma diffiċli li jinstabu u liema hemm eċċess tagħhom - sew jekk int persuna li qed tfittex impjieg biex tkun tista’ tottimizza s-sett ta’ ħiliet tiegħek, kif ukoll jew inti impjegatur li qed tipprova ssib ħaddiema b’ħiliet xierqa.

Dan għaliex huwa importanti?

Jekk inti ħaddiem b’ħiliet li hawn wisq bħalhom, tista’ tispiċċa jkollok issib xogħol f’qasam li mhuwiex relatat mal-ispeċjalità tiegħek jew li ma jaqbilx mal-livell tal-edukazzjoni tiegħek, li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ sodisfazzjon. Bl-istess mod, jekk m’għandekx il-ħiliet meħtieġa għall-karriera li tixtieq, jista’ jkun diffiċli li ssib xogħol sodisfaċenti.

Bħala impjegatur, tista’ ssibha bi tqila li timla pożizzjonijiet vakanti jew tirriskja li taqa’ lura meta tiġi biex tadotta teknoloġiji ġodda jekk ma tibqax aġġornat mal-aħħar informazzjoni dwar il-ħiliet.

Il-bażi tad-data ta’ Skills for Jobs tista’ tgħinek tifhem aħjar l-iżbilanċi fil-ħiliet u kif jistgħu jikkawżaw ħsara, jew jgħinu, lilek jew lin-negozju tiegħek.

Allura, liema impjiegi u ħiliet qed jintalbu u liema hemm eċċess tagħhom?

Fil-pajjiżi tal-OECD (li jinkludu 21 Stat Membru tal-UE), aktar minn 5 minn kull 10 impjiegi li huma "diffiċli li jimtlew" huma xogħlijiet li jirrikjedu ħiliet għolja. B’kuntrast għal dan, anqas minn 1 minn kull 10 impjiegi li huma "diffiċli li jimtlew" huma xogħlijiet li jirrikjedu ħiliet baxxi.

F’termini ta’ setturi, l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-kura tas-saħħa qed jesperjenzaw l-ogħla livelli ta’ nuqqasijiet ta’ ħaddiema. Is-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa, bejgħ bl-imnut u tal-kostruzzjoni partikolarment għandhom problema ta’ wisq ħaddiema, b’taħlita ta’ numru eċċessiv ta’ ħaddiema u domanda baxxa.

L-għarfien tal-kompjuters u l-elettronika (eż. l-ipprogrammar) huwa fuq nett fil-lista ta’ ħiliet f’domanda għolja, segwit mill-qrib b’ġudizzju tajjeb u teħid ta’ deċiżjonijiet, u komunikazzjoni u kapaċitajiet verbali li għandhom x’jaqsmu mas-soluzzjoni tal-problemi.

L-iżbilanċi tal-ħiliet kif jaffettwaw lill-ħaddiema?

Bħala medja, aktar minn terz (36%) tal-ħaddiema fil-pajjiżi tal-OECD huma jew kwalifikati żżejjed jew mhux ikkwalifikati biżżejjed għall-impjiegi tagħhom (17% u 19%, rispettivament), li jirrifletti kemm domanda għal ħiliet dgħajfa kif ukoll provvista insuffiċjenti ta’ ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa.

Jekk inti gradwat/a fl-umanistika jew fl-arti, għandek l-akbar probabbiltà li tkun impjegat/a f’xogħol li mhuwiex relatat mal-ispeċjalità tiegħek, segwit minn gradwati fix-xjenza u l-agrikoltura. B’kuntrast, jekk gradwajt fix-xjenzi soċjali, fin-negozju, fil-liġi, fis-saħħa jew fil-welfare, għandek ċans akbar li taħdem fil-qasam ta’ studju magħżul tiegħek.

Kif tista’ tgħinni l-bażi tad-data ta’ Skills for Jobs?

Il-bażi tad-data toffri firxa ta’ karatteristiċi.

Jekk qed tikkunsidra bidla fil-karriera, l-għodda Tibdil fil-karriera? tippermettilek tqabbel l-impjieg attwali tiegħek mal-impjieg li tixtieq, sabiex tidentifika l-ħames ħiliet, kapaċitajiet u għarfien ewlenin li jista’ jkollok bżonn.

Il-karatteristika Żbilanċi tal-ħiliet turik liema ħiliet huma mfittxin u liema hemm eċċess tagħhom f’40 pajjiż. Jekk tikklikkja fuq ħila, titla’ definizzjoni u informazzjoni ddettaljata dwar okkupazzjonijiet relatati. Huwa possibbli wkoll li tqabbel ir-riżultati minn pajjiżi differenti u, f’xi pajjiżi, reġjuni differenti.

It-taqsima Stampa u pubblikazzjonijiet hija utli b’mod partikolari għal min iħaddem, għax fiha ħarsa ġenerali tal-iżbilanċi tal-ħiliet f’kull wieħed mill-40 pajjiż, u tipprovdi stampa utli tas-sitwazzjonijiet nazzjonali. B’hekk, tista’ tgħinek tagħmel użu aħjar mill-ħiliet disponibbli fil-forza tax-xogħol ta’ pajjiżek.
 

Links relatati:

Il-bażi tad-data ta’ Skills for Jobs

Tibdil fil-karriera?

Żbilanċi tal-ħiliet

Stampa u pubblikazzjonijiet

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.