Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Novembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Sitt suġġerimenti għall-iżvilupp ta’ idea ta’ negozju li tajba għalik

Dejjem kont toħlom li tibda negozju? Ħafna minna togħġobna l-idea li nkunu l-imgħallem tagħna nfusna, iżda jista’ jkun diffiċli li nsibu l-idea tan-negozju t-tajba li rridu naqbdu. Hawn huma s-suġġerimenti ewlenin tagħna għall-iżvilupp ta’ idea li tajba għalik.

Six tips for developing a business idea that works for you
Unsplash

Sib xi ħaġa li togħġbok

Aħna lkoll nimmaġinaw li nbiddlu passjoni fi professjoni. Jekk qed tibda n-negozju tiegħek stess, għandek l-opportunità li tagħmel eżattament dan. Ovvjament, jista’ jkollok idea ta’ negozju vijabbli li mhux bilfors hija xi passatemp u interess tas-soltu tiegħek, iżda kun ċert(a) li din hija xi ħaġa li se tieħu gost tagħmel ta’ kuljum. Jekk le, tista’ titlef l-interess malajr jew tieqaf temmen fl-idea tiegħek.

Uża l-ħiliet tiegħek

Aħseb dwar x’jinteressak, iżda wkoll dwar dak li inti tajjeb/tajba fih. Jista’ jkun li tħobb tiekol l-ikel, pereżempju, iżda mhijiex idea tajba li tiftaħ ristorant jekk ma tafx issajjar. Tinkwetax dwar il-ħiliet li m’għandekx. Minflok, iffoka fuq il-punti b’saħħithom tiegħek u sib mod kif tagħmel l-aħjar użu minnhom fin-negozju tiegħek.

Aħseb dwar il-valuri tiegħek

Xi trid li n-negozju tiegħek jirrappreżenta? Hekk kif tibni n-negozju u l-marka tiegħek, għandek taħseb dwar il-valuri ewlenin tiegħek u żżomm magħhom. Abbozza stqarrija ċara tal-missjoni u aħseb dwar liema tip ta’ negozju tixtieq tkun. Pereżempju, jekk inti għandek għal qalbek il-protezzjoni tal-ambjent, jista’ jkun li trid tagħmel is-sostenibbiltà prijorità. Jista’ jgħin ukoll li tħares lejn negozji oħra li jispirawk u titgħallem minn kif jaħdmu.

Tossessjonax fuq l-oriġinalità

L-intraprendituri kollha jridu joħolqu l-invenzjoni l-kbira li jmiss. Madankollu, fir-realtà, ftit negozji jirnexxielhom jagħmlu dan. Ħafna negozji ta’ suċċess fil-fatt jipprovdu prodotti jew servizzi simili ta’ oħrajn. Idealment, għandek timmira li ssib lakuna fis-suq u tevita setturi saturati b’ħafna kompetituri, iżda l-aktar ħaġa importanti hija li tpoġġi lilek innifsek tajjeb. Tista’ tkun in-negozju li jsolvi problema li n-negozji eżistenti ma setgħux isolvu? Jekk le, forsi tista’ tal-anqas tipprovdi prodott jew servizz aħjar għal prezz orħos?

Żomm l-affarijiet sempliċi

Iffoka fuq dak li tixtieq li n-negozju tiegħek ikun u pprova tagħmlux ikkumplikat wisq. Kull negozju jeħtieġ punt ta’ bejgħ ċar u uniku, speċjalment fil-bidu. Jekk l-affarijiet sejrin tajjeb, dejjem tista’ tespandi n-negozju tiegħek f’oqsma ġodda aktar tard, iżda l-ewwel jeħtieġ li jkollok marka ċara biex tibni bażi ta’ klijenti. Jekk ma jibqax ikollok idea ċara, allura anke l-klijenti tiegħek se jiġrilhom hekk.

Ikseb parir – u agħtih widen!

Jekk qed tibda negozju waħdek, tista’ ssib li dan jagħmilha aktar faċli biex taħseb b’mod ċar u tiffoka fuq l-għanijiet personali tiegħek. Madankollu, tibżax tieħu parir. Kun kunfidenti fl-idea tiegħek, iżda tinsiex tisma’ l-opinjonijiet ta’ ħaddieħor. Agħti stampa tal-idea tiegħek lin-nies, agħtihom ċans jippruvaw il-prodott tiegħek, urihom il-marka kummerċjali tiegħek. Aktar ma jkun kbir id-daqs tal-kampjun, aktar tkun xi ħaġa tajba. Jista’ jkun li tista’ tikseb xi parir professjonali, iżda tinsiex titkellem man-nies li l-aktar li tagħti valur lill-opinjoni tagħhom. Ħbieb qrib tiegħek jew membri tal-familja x’aktarx li jkunu l-aktar onesti miegħek, u għalhekk kun ċert(a) li tismagħhom!

Jekk għoġbok dan l-artikolu, aqra s-suġġerimenti tagħna għal imprendituri żgħażagħ.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

8 suġġerimenti għal imprendituri żgħażagħ

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li jmiss

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.