Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet30 Settembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ħaddiem/a staġonali: Gwida għad-drittijiet tiegħek

Ix-xogħol staġonali huwa mod tajjeb ħafna biex naraw id-dinja, iżda l-opportunitajiet eċċitanti jistgħu jġibu magħhom aktar riskji minn forom oħra ta’ impjieg. Kompli aqra biex titgħallem dwar il-protezzjoni disponibbli u dwar x'għandek tfittex.

Seasonal worker: A guide to your rights
EURES

Id-dritt tiegħek għal trattament ugwali

Il-protezzjoni tal-ħaddiema staġonali hija prijorità tal-UE. Meta taħdem fi Stat Membru ieħor, bħala ċittadin tal-UE għandek id-dritt għal trattament ugwali u nondiskriminazzjoni. Tista’ tistenna li tirċievi l-istess assistenza u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema lokali meta taħdem fi Stati Membri oħra, u għandek tkun lest li tistaqsi mistoqsijiet jekk dan ma jkunx il-każ.

Meta tkun impjegat fi Stat Membru ieħor, trid tiġi ttrattat l-istess bħaċ-ċittadini nazzjonali f’termini ta’ paga, ħinijiet tax-xogħol, tkeċċija, u saħħa u sikurezza. Jekk l-impjegatur tiegħek ma joffrilekx kuntratt, kun ċert li tinsisti li wieħed jagħmel il-pożizzjoni tiegħek sikura kemm jista’ jkun. Dan se jipproteġi drittijietek peress li l-impjegatur tiegħek se jkollu jonora t-termini tal-impjieg tiegħek.

Aċċess għas-sigurtà soċjali

Meta taħdem barra pajjiżek tista’ tkun soġġett biss għal sistema waħda ta’ sigurtà soċjali kull darba. Ladarba tkun assoċjat ma’ waħda, tkun tista’ taċċessa l-kura tas-saħħa, il-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad bl-istess faċilità bħaċ-ċittadini nazzjonali.

Kull Stat Membru għandu l-liġijiet tas-sigurtà soċjali tiegħu. Madankollu, hemm fis-seħħ regoli li jiżguraw li l-persuni li jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor ma jitilfux il-kopertura tas-sigurtà soċjali tagħhom. Ikollok tħallas għas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn qed taħdem, irrispettivament minn fejn tgħix, għalkemm dan ma japplikax għalik, jekk min iħaddmek talbek taħdem barra minn pajjiżek għal inqas minn sentejn.

Persuna qiegħda involontarjament

Il--linji gwida tal-Kummissjoni Ewropeajiddikjaraw li jekk tispiċċa bla xogħol b’mod involontarju meta tmur taħdem barra minn pajjiżek bħala ħaddiem staġonali jew b’xi mod ieħor, xorta trid tiġi ttrattat l-istess bħar-residenti lokali. Dan ifisser li tista’ żżomm l-istatus ta’ ħaddiem fl-Istat Membru għal sitt xhur sakemm tirreġistra mas-servizzi tal-impjieg tiegħu.

Kif issib aktar għajnuna u informazzjoni

Il-portal tal-EURES joffri informazzjoni u gwida dwar ix-xogħol barra mill-pajjiż, li huwa appoġġjat aktar mill-Konsulenti lokali tal-EURES.

Tista’ ssib ukoll informazzjoni utli dwar dak li għandek tfittex meta tikkunsidra x-xogħol staġonali u x’għandek tistenna fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA). Hawnhekk se tkun tista’ tikklikkja fuq Stat Membru speċifiku u ssegwi links għal diversi riżorsi rilevanti. Id-Direttiva tal-UE dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea  tistabbilixxi wkoll id-drittijiet tiegħek bħala ħaddiem fl-Ewropa.

Biex tibqa’ aġġornat mad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali, segwi l-l-kampanja tal-ħaddiema staġonali tal-ELA fuq Facebook u fuqTwitter, bl-użu tal-hashtag #Rights4AllSeasons

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea

Il-portal tal-EURES

Informazzjoni għall-ħaddiema staġonali u għall-impjegaturi

Direttiva tal-UE dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

Il-kampanja tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol fuq Facebook

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaKaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàTaħriġ EURESXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.