Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet4 Ottubru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Żomm id-Data Libera: Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali

Sejħa għall-koki tal-ħelu, l-eżekuttivi tal-bejgħ u l-programmaturi tal-kompjuters promettenti kollha. Jekk għadek tibda jew jekk qed toħlom dwar bidla fil-karriera, sir af aktar dwar it-taħriġ li teħtieġ biex tikseb ix-xogħol ideali tiegħek din il-ħarifa – anki jekk għadek m’intix ċert mit-triq li tixtieq issegwi.

Save the Date: Vocational Skills Week
Vocational Skills Week

Wara l-ewwel edizzjoni ta’ suċċess is-sena l-oħra, Novembru ser jara r-ritorn tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tal-Kummissjoni Ewropea, li tinkludi konferenzi, jiem għall-pubbliku, kompetizzjonijiet u aktar.

L-għan ta’ dan l-avveniment, li ser iseħħ fi Brussell bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru, hu li juri s-saħħa tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u kif dan jista’ jwassal għal integrazzjoni aħjar, żieda fil-fiduċja u karriera li tagħti aktar sodisfazzjon.

Permezz ta’ serje ta’ attivitajiet fl-UE u fil-pajjiżi sħab fil-ġimgħat li jwasslu għall-avveniment prinċipali, il-parteċipanti jistgħu jitkellmu ma’ esperti dwar korsijiet imfassla apposta, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, traineeships, apprendistati u taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li jamalgamaw it-teorija u l-prattika u li jippermettulhom jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.

L-attivitajiet tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tas-sena l-oħra inkludew il-kompetizzjoni EuroSkills f’Gothenburg, l-Iżvezja, li fiha persuni ta’ taħt il-25 sena ħadu sehem f’kompiti prattiċi relatati mat-trasport u l-loġistika, mal-manifattura u l-inġinerija, mat-teknoloġija tal-kostruzzjoni u tal-bini, mal-arti kreattiva u l-moda, u mal-IT u l-komunikazzjonijiet.

U Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, organizza kompetizzjoni tal-fotografija online. Oqgħod attent għal aktar dettalji dwar il-programm ta’ din is-sena.

Studenti, ġenituri, kumpaniji, organizzazzjonijiet tan-negozju, sħab soċjali, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, assoċjazzjonijiet professjonali, konsulenti tal-karrieri, awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà inġenerali huma kollha mistiedna li jinvolvu ruħhom.

It-taħriġ vokazzjonali jiftaħ bibien fi kwalunkwe numru ta’ oqsma, mix-xjenza u l-inġinerija għall-kura tas-saħħa u l-finanzji, kemm fl-oqsma privati kif ukoll fl-oqsma pubbliċi. Hu joffri opportunitajiet għal persuni ta’ kull età, fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp professjonali tagħhom u jagħmilhom aktar impjegabbli, filwaqt li jippreparahom għal xogħlijiet madwar id-dinja kollha. It-tagħlim tul il-ħajja wkoll itejjeb l-inklużjoni soċjali, id-diversità u ċ-ċittadinanza attiva.

 

Links relatati:

Sit web tal-Ġimgħa għall-Ħiliet Vokazzjonali tal-UE

Sit web tal-kompetizzjoni EuroSkills

Sit web ta’ CEDEFOP, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

X’inhu l-ETV u għaliex jenħtieġ li jinteressani?

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi taʼ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.