Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Marzu 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Negozjar tas-salarju: Fejn jenħtieġ li nibda?

Matul il-karriera tiegħek, jista’ jkollok opportunità li tinnegozja s-salarju tiegħek. Dan mhux kompitu faċli. Tmur għal salarju għoli u tirriskja li dak li jkun joffendi ruħu? Jew tmur għal salarju baxx u tirriskja li tnaqqas il-valur tal-ħiliet tiegħek? F’dan l-artiklu, aħna noffru xi suġġerimenti biex ngħinuk tibda.

Salary negotiation: Where should I start?
EURES

Agħmel ir-riċerka tiegħek

Trid tmur tinnegozja b’ċifra tas-salarju – jew medda tas-salarju – ċara f’moħħok sabiex ikollok punt ta’ tluq tajjeb biex tibni fuqu. Iżda huwa importanti li tkun ċert li din iċ-ċifra tkun waħda realistika għax inkella jaf li n-negozjar ma jmurx kif kont qed tittama. Ir-riċerka ta’ pożizzjonijiet simili għal tiegħek, u ta’ salarji relatati hija mod tajjeb ħafna kif tikseb stampa ċara ta’ dak li jeħtieġ li timmira għalih u tagħtik pożizzjoni ta’ negozjar globali aktar b’saħħitha.

Kun af xi ssarraf

Jista’ jkun li int tajjeb biex tbigħ. Jista’ jkun li int tajjeb biex tittajpja 70 kelma fil-minuta. Jista’ jkun li kapaċi taqbad kunċett u tittrasformah f’xi ħaġa tal-għaġeb. Huma x’inhuma l-ħiliet tiegħek, jagħmluk ta’ valur għal kwalunkwe kumpanija. Huma jaġixxu wkoll ta’ punti ta’ negozjar tajbin ħafna. Għalhekk kun żgur li tqishom meta tkun qed tipprepara l-każ tiegħek.

Ħalli lill-impjegatur jagħmel l-ewwel pass

Bħalek, l-impjegatur aktarx se jkollu ċifra għas-salarju ċara f’moħħu. Filwaqt li jista’ jkun li tkun simili għal tiegħek, jaf tkun ukoll pjuttost differenti. Li tħallihom jagħmlu l-ewwel pass u jiżvelaw iċ-ċifra huma l-ewwel, jippermettilek tara kemm huma qrib l-aspettattivi tiegħek u tagħtik l-opportunità taġġusta ċ-ċifra tiegħek jekk tkun tixtieq dan.

Żomm ruħek impersonali

Dak li naqilgħu jista’ jkollu impatt kbir fuq ħafna oqsma minn ħajjitna, u dan jista’ jagħmel in-negozjar tas-salarju esperjenza personali ħafna. Filwaqt li dan wieħed jista’ jifhmu, huwa importanti li tipprova ma tinvolvix ruħek emozzjonalment kemm jista’ jkun. Li tibqa’ kalm/a u rilassat/a jgħinek tippreżenta dehra professjonali li probabbilment tappella għall-impjegaturi tiegħek. Jekk temozzjona ruħek, min-naħa l-oħra, tista’ taljena lill-impjegatur u ddgħajjef in-negozjar tiegħek.

Ħu l-ħin tiegħek

In-negozjar tas-salarju jista’ jkun proċess anzjuż u stressanti, u għalhekk jaf tiġi it-tentazzjoni li tipprova tħaffef biex tlesti minnu malajr kemm jista’ jkun. Irreżisti din it-tentazzjoni! Ħu l-ħin tiegħek u kun żgur li tkopri dawk il-punti kollha li huma importanti għalik. L-aħħar ħaġa li trid huwa li titlaq mill-proċess ta’ nnegozjar iddispjaċut.

Aħna nittamaw li dawn il-pariri jgħinuk tikseb is-salarju li tixtieq. Awguri fin-negozjati tiegħek!

L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Id-database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.