Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Is-CV x-xieraq għall-impjieg ix-xieraq, grazzi għal EURES tal-Italja

L-EURES tal-Italja qed jarma lil dawk li qed ifittxu x-xogħol bl-għodod biex jgħinhom jagħmlu l-ewwel pass tagħhom lejn karriera internazzjonali.

The right CV for the right job, thanks to EURES Italy
EURES Abruzzo

B’ħidma mal-Università ta’ Teramo, fl-Italja, l-EURES tal-Italja joffri workshops għall-istudenti, għall-gradwati u għall-pubbliku fejn jgħallimhom kif jagħmlu CVs konvinċenti bit-Taljan u bl-Ingliż.

Il-parteċipanti jitgħallmu kif jiktbu CV biż-żewġ lingwi, b’fokus fuq il-Mudell Ewropew tal-Europass, kif jirreġistraw fuq il-portal tal-EURES, kif jiktbu ittra ta’ motivazzjoni għall-impjegaturi fl-Italja u barra mill-Italja, kif jagħmlu applikazzjoni spontanja, kif japplikaw għal opportunitajiet ta’ xogħol fuq il-portal tal-EURES u kif jippreżentaw lilhom infushom f’intervista ta’ xogħol.

Diversi żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol qed jibbenefikaw mir-riżultati ta’ dan il-proġett. Wieħed minnhom hu Saverio Zappacosta, 24, minn Pescara l-Italja, li hu rreġistrat fil-fakultà tax-xjenzi tal-komunikazzjoni tal-Università u li qiegħed iqatta’ sena fl-Università ta’ Wyoming fl-Istati Uniti.

Hu jgħid, “Dan is-seminar kien fattur ta’ bidla għalija għaliex sar eżatt qabel ma tlaqt lejn l-Istati Uniti.” “Kont kapaċi nifhem il-varjazzjonijiet bejn is-CVs f’pajjiżi differenti u kif nuri l-ħiliet tiegħi bl-aħjar mod skont il-pajjiż li kont se mmur fih u skont liema impjieg kont qed napplika għalih. Qabel dan is-seminar, ma kontx indunajt li wħud mill-ħiliet tiegħi kienu uniċi, u jiena kont kapaċi nesponihom aħjar fuq ir-resumè tiegħi.” Ladarba wasal l-Amerika, sab impjieg immedjatament.

Parteċipant sodisfatt ieħor hu Mirko Rabottini ta’ 22 sena minn Teramo, l-Italja, li jinsab fit-tieni sena ta’ lawrja fl-ekonomija.

Hu jgħid, “Il-workshop kien essenzjali biex ħloqt il-curriculum vitae tiegħi. B’mod partikolari, tgħallimt ħafna dwar liema mudell għandi nuża u kif nadattah għal applikazzjonijiet speċifiċi.” “Fl-aħħar ħloqt CV infografiku, kif ukoll il-verżjoni bl-Ingliż tas-CV tal-Europass, li bih applikajt għal diversi impjiegi. Intgħażilt minn tlieta mill-ħames aġenziji li applikajt magħhom.”

Anna Bongiovanni, Konsulent tal-EURES ibbażata f’Abruzzo, l-Italja, tmexxi l-kooperazzjoni mal-Università ta’ Teramo. Hi tgħid, “Il-kollaborazzjoni twieldet fl-2011: fit-22 ta’ Novembru ta’ dik is-sena ħloqna l-ewwel workshop, fejn tajna pariri lill-istudenti dwar kif ifasslu CV biż-żewġ lingwi.”

L-avveniment sar appuntament fiss fiż-żewġ Career Days (Jiem Iddedikati għall-Karrieri) annwali tal-università. Il-workshop li kien imiss sar fis-6 ta’ Novembru.

Il-Professur Christian Corsi, Delegat tar-Rettur tal-Università ta’ Teramo, hu sodisfatt bil-kollaborazzjoni mal-EURES.

Hu jgħid, “Is-seminar hu parti mill-Career Day (Jum iddedikat għall-karrieri) tagħna, li permezz tiegħu, il-gradwati u l-istudenti li għadhom ma ggradwawx tagħna jiġu ppreparati għal intervisti tax-xogħol.” “Il-workshop hu ta’ għajnuna kbira biex jiżdied l-għarfien tal-istudenti dwar l-għodod għar-riċerka attiva. Ħafna studenti bbenefikaw minn dan it-taħriġ, u dan jagħti lil parteċipanti żgħażagħ għarfien dwar il-ħtieġa li jimmonitorjaw il-ħiliet u l-profili professjonali meħtieġa mis-suq tax-xogħol u għalhekk iżidu l-impjegabilità tagħhom.”

 

Links relatati:

L-Università ta’ Teramo

Workshop tal-EURES tal-Italja dwar il-preparazzjoni ta’ CVs.

Mudell tal-Europass

Opportunitajiet ta’ xogħol fil-Portal tal-EURES

Career day (Jum iddedikat għall-karrieri) tal-Università ta’ Teramo

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.