Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Ottubru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Studenta medika Pollakka teċċella fl-Awstrija

In-netwerk tal-EURES mimli b’opportunitajiet għaż-żgħażagħ, li jvarjaw minn internships u apprendistati għal pożizzjonijiet ta’ xogħol fl-Ewropa. Meta studenta medika mill-Polonja kienet qiegħda tfittex xi opportunitajiet ta’ xogħol matul sena sabbatika, daret lejn l-EURES għall-appoġġ.

Polish medical student excels in Austria
EURES

Anna Chaszczowska hija studenta medika ta’ 25 sena li waslet biex tibda l-aħħar sena ta’ studji tagħha fil-Pomeranian Medical University ġewwa Szczecin, il-Polonja. Il-vjaġġ tal-EUREStagħha beda meta bdiet tfittex opportunitajiet ta’ xogħol barra minn pajjiżha għas-sena sabbatika tagħha.

“L-interess ewlieni tiegħi huwa definittivament l-ivvjaġġar,” spjegat Anna. “Matul iż-żmien tiegħi fl-Università kont qed nipprova nikkombina l-istudju mal-passjoni tiegħi billi nagħmel internships f’pajjiżi differenti. L-għan ewlieni tiegħi kien li nikseb l-esperjenza u ntejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħi.

Ħabiba tagħha poġġietha f’kuntatt ma’ Anna Uberman, membru tal-Persunal tal-EURES fil-EURES tal-Polonja. “Iltqajt ma’ Anna Chaszczowska fl-uffiċċju tiegħi, f’Jannar 2019,” spjegat Anna Uberman. “Kienet bil-liv mill-università u riedet tuża l-ħin biex titgħallem il-Ġermaniż, tivvjaġġa u taqla’ xi ħaġa tal-flus.”

Anna Uberman bdiet billi esplorat l-opportunitajiet ġewwa l-Polonja stess, qabel ma bdiet tfittex lil hinn minn pajjiżha.  Kien meta kkollaborat ma’ Gerhard Bogensberger mill-EURES tal-Awstrija li sabet dak li kienet qed tfittex. “Bdejna nikkooperaw mal-EURES tal-Awstrija s-sena li għaddiet,” stqarret Anna. “Aħna norganizzaw internships għall-istudenti għall-iskejjel. Gerhard kellu offerta għal internship ta’ xahar fi sptar fl-Awstrija u bgħattlu s-CV ta’ Anna Chaszczowska.”

“Bis-saħħa tat-tjubija estrema u l-professjonaliżmu ta’ Anna Uberman, irnexxieli nipprepara s-CV perfetta u ħassejtni preparata għall-proċess kollu ta’ reklutaġġ,” żieded Anna Chaszczowska.

Gerhard kien impressjonat bil-kredenzjali ta’ Anna u kkuntattja l-istudenta medika immedjatament. “Imbagħad bgħatt id-dettalji tagħha lid-direttur mediku tal-isptar tal-istat f’Tamsweg,” qal hu. “Id-direttur ikkuntattja lil Anna direttament u, wara intervista żgħira, offrielha l-internship.”

Anna aċċettat l-offerta u malajr bdiet sejra tajjeb ħafna fl-ambjent il-ġdid tagħha. “Grazzi għall-għajnuna tal-persunal tal-isptar, irnexxieli nsib appartament f’post perfett, xi ftit minuti 'l bogħod mill-isptar. Barra minn hekk, kull intern kien ipprovdut bi tliet ikliet kuljum , u dan apprezzajtu ħafna. Kienet opportunità tajba biex insir naf il-kċina lokali!”

“Kuljum kelli l-opportunità li nkun preżenti għal operazzjonijiet differenti li stajt ngħin fihom,” qalet hi fir-rigward tax-xogħol. “Għent lit-tobba fis-sala tal-operazzjonijiet u fl-ambulanza.”

“L-internship fil-bidu kien għal xahar, iżda malajr sar xahrejn hekk kif Anna eċċellat.  “Il-feedback mill-impjegatur kien pożittiv ħafna,” stqarr Gerhard. “Kienu ssodisfati ħafna bix-xogħol ta’ Anna.”

U x’inhuma l-ħsibijiet ta’ Anna dwar iż-żmien tagħha fl-Awstrija? “Issa, ftit xhur wara l-internship tiegħi, ninsab kuntenta ħafna li stajt nieħu sehem fi proġett tajjeb bħal dan,” qalet Anna b’entużjażmu. “Definittivament tejjibt il-ħiliet tiegħi fil-Ġermaniż u ltqajt ma’ xi persuni fantastiċi. Ninsab konvinta li bis-saħħa ta’ dan, wessajt l-orizzonti tiegħi u tgħallimt ħiliet li kieku ma kontx nitgħallem fil-Polonja.”

“In-netwerk tal-EURES jaħdem ta’ veru,” ikkonkludiet bi tbissima Anna Uberman.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.