Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Settembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Minn Pariġi għal Dublin: L-istorja ta’ Juliette

Juliette kienet qed taħdem f’Pariġi meta l-ewwel darba ltaqgħet mal-EURES. Għal dawk li jiggradwaw mill-iskejjel tan-negozju fi Franza, 90 % tal-impjiegi rilevanti għall-gradwati huma bbażati f’Pariġi. Juliette kienet qed tfittex bidla u riedet tmur barra mill-pajjiż, u peress li kienet diġà vvolontarjat barra minn pajjiżha, iddeċidiet li kien wasal iż-żmien li tfittex impjieg barra mill-ixtut ta’ pajjiżha.

From Paris to Dublin: Juliette’s story
Shutterstock

Juliette rreġistrat mal-EURES Franza (Pôle emploi) biex jgħinha fit-tfittxija tagħha għal xogħol barra mill-pajjiż. Sébastien Faure, membru tal-persunal tal-EURES Franza, ta parir lil Juliette biex tħares lejn kumpaniji fl-Irlanda peress li jirreklutaw numru kbir ta’ żgħażagħ internazzjonali. L-EURES Franza għen ukoll lil Juliette fit-tfittxija tagħha għal impjieg billi ħeġġiġha biex ma taqtax qalbha meta bdiet titlef it-tama, u billi pprovdielha appoġġ finanzjarju sabiex tattendi l-intervisti.

Juliette rċeviet appoġġ imfassal apposta għaliha mingħand Sébastien, li ngħaqad mas-servizz pubbliku tal-impjiegi Franċiż fl-2007. “Jien naħdem għall-Unità tal-Mobilità u l-Kollokament Internazzjonali f’Pôle emploi, u jien wieħed minn madwar 70 membru tal-persunal tal-EURES fi Franza,” spjega. “Aħna ngħinu madwar 7,000 kandidat bi proġetti ta’ mobilità u nippromwovu madwar 6,000 offerta ta’ impjieg fis-sena minn madwar id-dinja kollha. Il-missjoni tagħna hi li nappoġġaw lill-kandidati bl-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, u ngħinuhom fit-tfittxija tagħhom għal impjieg fl-Ewropa u madwar id-dinja. Aħna nappoġġaw ukoll kumpaniji Ewropej u barranin bir-reklutaġġ u bis-servizzi diġitali.”

Bl-appoġġ tal-EURES, Juliette issa għandha kuntratt permanenti u taħdem għal pjattaforma tal-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti (CRM) ibbażata fuq il-cloud li tgħin lill-kumpaniji jinteraġixxu mal-klijenti tagħhom, ibbażata f’Dublin. Hi ngħaqdet mal-kumpanija fi Frar 2019 bħala parti mill-programm tagħhom għall-gradwati fil-bejgħ. Ix-xogħol barra mill-pajjiż ippermetta lil Juliette li tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u li ttejjeb l-Ingliż tagħha. “Peress li bqajt fl-Ewropa, nista’ nara lill-familja u lill-ħbieb tiegħi ta’ spiss filwaqt li xorta waħda nikseb l-esperjenza sħiħa ta’ xogħol barra mill-pajjiż,” spjegat.

L-isfidi ewlenin għal Juliette meta marret taħdem f’pajjiż ġdid kienu x-xogħol amministrattiv u l-fatt li kellha titbiegħed mill-familja u l-ħbieb, għalkemm hemm biss titjira qasira li tifridhom. Qalet ukoll li sabitha diffiċli tidra t-temp. “Madankollu, l-Irlanda hija pajjiż straordinarju b’nies fantastiċi,” qalet Juliette. “Dublin hija belt dinamika ħafna b’bosta persuni internazzjonali, u dan huwa ferm eċċitanti.”

X’inhu l-parir ewlieni ta’ Juliette għal persuni oħra li qed jaħsbu biex jiċċaqalqu barra minn pajjiżhom għal esperjenza simili? “Toqgħodx taħsibha biex tapplika. Tibżax. Li tkun barra minn pajjiżek hija esperjenza straordinarja li tippermettilek tiżviluppa lilek innifsek u tiftaħ moħħok. Bla dubju nirrakkomanda l-EURES.”

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.