
1. Adatta l-post tax-xogħol
Qabel ma tistieden lill-impjegati lura fuq il-post tax-xogħol, irrevedi d-disinn u l-organizzazzjoni tax-xogħol biex jitnaqqas it-tixrid ta’ virusis bħall-COVID-19. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar spazju bejn l-istazzjonijiet tax-xogħol, skeda ta’ tindif rigoruża u regolari u tabelli li javżaw lill-persunal dwar il-miżuri li jistgħu jieħdu biex iħossuhom aktar sikuri u jipproteġu lilhom infushom.
Ħafna organizzazzjonijiet kienu jiddependu minn pjattaformi online biex jikkomunikaw u jikkollaboraw mal-kollegi, għalhekk il-post tax-xogħol issa se jkollu jqis dawn il-metodi ġodda ta’ ħidma u jagħtihom lok. Pereżempju, jistgħu jkunu meħtieġa kuffji jew spazji privati għal telefonati u laqgħat online.
2. Esplora modi kif tipprevjeni l-infezzjoni
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tħeġġeġ li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tat-tixrid tal-infezzjoni u l-promozzjoni ta’ modi kif din tiġi evitata.
Jekk ikunu ġew stabbiliti prattiki ġodda fuq il-post tax-xogħol, kun ċert li l-aspettattivi dwar is-saħħa u s-sikurezza jiġu kkomunikati b’mod ċar qabel u matul ir-ritorn lejn il-post tax-xogħol biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni fost l-impjegati. Is-senjalar ta’ protokolli ġodda tat-tindif, tas-sistemi ta’ hot desk, tal-użu tal-maskra u ta’ politiki ġodda oħra se jgħinu biex il-persunal tiegħek iħossu komdu u sikur.
3. Ir-ritorn għax-xogħol ħudu pass pass
L-impjegati tiegħek setgħu kienu qed jaħdmu minn firxa ta’ postijiet differenti matul din l-aħħar sena u nofs, u r-ritorn lejn il-post tax-xogħol tas-soltu jista’ jkun ta’ xokk. Biex takkomoda l-bidla kbira fir-rutina ta’ kuljum tagħhom, ikkunsidra li titlob lill-persunal biex iżur il-post tax-xogħol b’mod gradwali biex b’hekk ikun jista’ jaġġusta ruħu u jerġa’ jiffamiljarizza ruħu mal-ambjent il-ġdid. Dan jista’ jfisser li wieħed jibda b’ġurnata xogħol fil-ġimgħa u jżid ġurnata oħra kull ftit xhur.
Dan mhux biss se jippermetti lill-persunal jerġa’ jintegra lura f’ħajtu l-ivvjaġġar lejn il-post tax-xogħol, iżda se jippermetti wkoll iż-żmien biex jiġu organizzati impenji oħra bħall-indukrar tat-tfal biex tiġi akkomodata l-iskeda l-ġdida.
4. Ara li jkollok pjan!
Kien hemm ħafna inċertezza matul il-pandemija, iżda li jkollok pjan għall-ġestjoni ta’ tifqigħat u emerġenzi oħra tas-saħħa fil-futur jista’ jgħin biex jitnaqqsu t-tħassib u l-ansjetà fuq il-post tax-xogħol. Il-pjan tiegħek għandu jindirizza kif in-negozju se jadatta u jkompli jaħdem fil-każ li jkun hemm numru mnaqqas ta’ impjegati minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa jew restrizzjonijiet lokali fuq l-ivvjaġġar. Għandu jinkludi wkoll linji gwida għal-liv minħabba l-mard u informazzjoni u appoġġ li l-persunal jista’ jaċċessa.
Ladarba jkollok pjan fis-seħħ, kun ċert li taqsmu mal-membri kollha tan-negozju. Dan se jtejjeb il-fiduċja u l-kunfidenza fl-organizzazzjoni, kif ukoll jgħin biex jitwieġbu mistoqsijiet li jista’ jkollhom l-impjegati.
5. Ippromwovi l-appoġġ disponibbli
Wara l-pandemija, il-post tax-xogħol jaf ma joperax bl-istess mod li kien jopera qabel, u dan iħalli lill-impjegati b’ħafna mistoqsijiet. Meta tikkomunika l-bidliet operazzjonali, ikkunsidra li toffri opportunitajiet biex il-kollegi jistaqsu mistoqsijiet u jaċċessaw informazzjoni affidabbli. Il-mistoqsijiet tagħhom jistgħu jiġu diretti lejn membri anzjani tal-persunal jew lejn id-dipartiment tar-riżorsi umani, jew jiġu kondiviżi privatament f’telefonata personali.
Il-promozzjoni ta’ prattiki tajbin tal-benesseri hija mod ieħor kif il-persunal jista’ jiġi mmotivat wara l-kriżi tas-saħħa, li għal ħafna kkawżat iżolament u solitudni.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-ritorn lejn il-post tax-xogħol wara l-pandemija, ara L-aqwa 5 suġġerimenti tagħna għall-impjegati li jirritornaw lejn il-post tax-xogħol.
Links relatati:
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
L-aqwa 5 suġġerimenti tagħna għall-impjegati li jirritornaw lejn il-post tax-xogħol
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li jmiss
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Jannar 2022
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles