Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet31 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ġurnata tal-impjiegi online tibgħat gwida tat-turisti Franċiża fil-gżejjer Portugiżi

Seize the Summer, fiera tal-impjiegi online li tiffoka fuq impjiegi staġjonali, tat il-frott lil kumpanija turistika Portugiża u persuna Franċiża li qed tfittex impjieg.

Online job day sends French tour guide to Portuguese islands
E(O)JD

TuriAzores hija kumpanija turistika żgħira fil-gżejjer Azores, li tiffoka fuq żjarat iggwidati u attivitajiet fuq barra. Id-direttur tagħha kien qed ifittex li jimpjega persunal internazzjonali u għalhekk iddeċieda li jieħu sehem fl-avveniment tal-Jum Ewropew dwar l-Impjiegi Online magħruf bħala Seize the Summer, li sar fi Frar.

Fl-istess ġurnata li l-avveniment kien qed isir, Laura Combrié minn Franza kienet qed tfittex il-postijiet vakanti online. Hi rat l-opportunità ta’ impjieg ta’ TuriAzores għal gwidi tat-turisti u sewwieqa tal-vannijiet żgħar u applikat billi ċemplet lill-kumpanija. Il-kumpanija immedjatament uriet interess fil-profil ta’ Laura u ddeċidiet li timpjegaha.

TuriAzores hija bbażata fuq Terceira, parti mill-arċipelagu tal-Azores fl-Oċean Atlantiku. “Aħna nispeċjalizzaw f’tours tal-mixi mal-belt, hiking u trekking, tours bil-vann u bil-karozzi tal-linja u l-bqija. Bħalissa, it-tim tagħna għandu erba’ gwidi,” spjega d-direttur Miguel Mendonça.

“Aħna ddeċidejna li nieħdu sehem fil-ġurnata tal-impjiegi tal-EURES għaliex kellna bżonn nimpjegaw lil xi ħadd b’għarfien tajjeb tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż. Jien kont qed infittex ukoll xi ħadd li kien lest għal esperjenzi u orizzonti ġodda.”

Il-proċess ta’ reklutaġġ kien faċli, qal, u ma kienx se jaħsibha darbtejn biex jirrakkomanda l-avveniment lil impjegaturi jew lil persuni li qed ifittxu impjieg oħrajn.

“Kont qed infittex informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol fl-Azores permezz tas-servizz tal-e-chat tal-EURES,” qalet Laura ta’ 27 sena, mir-reġjun ta’ Ardèche fi Franza. “Il-konsulent Portugiż li wieġeb il-mistoqsijiet tiegħi qalli dwar dan l-avveniment u stedenni biex nirreġistra għalih. Sibt lista ta’ kumpaniji li bgħattilhom applikazzjonijiet spekulattivi. Is-servizz tac-chat kien diffiċli biex jinftiehem għall-bidu, iżda jiena nirrakkomanda dan it-tip ta’ avveniment elettroniku, għaliex huwa mod ieħor biex issib informazzjoni.”

Laura issa qed tibbenefika minn appoġġ minn L-Ewwel Impjieg tal-EURES Tiegħek biex tmur toqgħod Terceira u tibda titgħallem il-Portugiż.

L-avveniment, li kien immirat lejn l-industriji tat-turiżmu u l-ospitalità, kien kollaborazzjoni bejn il-EURES tal-Portugall, tal-Kroazja, tas-Slovenja u ta’ Spanja, bl-Italja, il-Greċja, Malta u Ċipru li pparteċipaw ukoll.

“Ħafna impjegaturi kienu impressjonati bin-numru u l-kwalità tal-applikazzjonijiet li kisbu", qalet Ana Margarida Silva tal-EURES tal-Portugall, "u wrew interess li jipparteċipaw fʼedizzjonijiet futuri."

 

Links relatati:

Seize the Summer

TuriAzores is-sit web tal-kumpanija turistika

Gwidi tat-turisti u sewwieqa tal-vannijiet żgħar

L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek

L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek fil-EURES

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.