Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet9 Settembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Punt uniku ta’ servizz ġdid għal pariri dwar karriera personali jiftaħ fi Brussell

Servizz ta’ gwida edukattiva u vokazzjonali ġdid fi Brussell jipprovdi punt uniku ta’ servizz għal studenti, dawk li qed ifittxu impjieg u ħaddiema li qed ifittxu xogħol jew sabiex jitħarrġu mill-ġdid.

New one-stop shop for personal career advice opens in Brussels
Marc Buvé

"Cité des Métiers – Beroepenpunt" infetaħ uffiċjalment fit-23 ta’ April 2018 fil-preżenza ta’ għadd ta’ persuni importanti, li jinkludu lil Marianne Thyssen, il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobbiltà tal-Ħaddiema.

Iċ-ċentru huwa bbażat fl-ewwel sular tal-Astro Tower, l-istess bini fejn huwa bbażat Actiris – is-servizz pubbliku tal-impjiegi fi Brussell li jaġixxi bħala l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni ta' EURES għar-reġjun, kif huma wkoll xi msieħba oħrajn taċ-ċentru, bħal VDAB (is-servizz pubbliku tal-impjiegi fi Fjandra) u Tracé (permezz tas-servizz Leerwinkel tiegħu). Cité des Métiers – Beroepenpunt, bħal Actiris, se tipprovdi servizz bilingwi kemm bil-Franċiż kif ukoll bil-Fjamming.

L-ispazju ġdid ikopri aktar minn elf metru kwadru u huwa kompletament iddedikat sabiex jipprovdi pariri u gwida lil kull min qed ifittex informazzjoni dwar il-possibbiltajiet multipli disponibbli għalih fil-karriera tiegħu, kemm jekk huwa studju, taħriġ, xogħol, bidu ta’ negozju jew ċaqliq għal pajjiż jew reġjun ieħor.

Skont Marc Buvé, li jaħdem għal Actiris, l-għan tas-servizz il-ġdid huwa li jiggwida lill-viżitaturi kollha fl-iżvilupp ta’ “proġett” personali għall-ħajja professjonali tagħhom, adattat għad-dinja tax-xogħol attwali.

Waħda mit-temi ewlenin tiegħu, kif jispjega Marc, hija l-mobbiltà – li tinkludi mobbiltà transreġjonali, transnazzjonali jew internazzjonali. Parir individwali jiġi offrut sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-istudju, ix-xogħol jew apprendistat f’pajjiż jew f'reġjun ieħor. Huma inkoraġġuti sabiex “jazzardaw” jiċċaqalqu u jingħataw pariri dwar kif jistgħu jisfruttaw bl-aħjar mod din l-esperjenza.

Hemm pjanijiet ukoll għal taħriġ speċifiku dwar l-użu tal-Portal dwar il-Mobbiltà fix-Xogħol tal-EURES u s-sit tal-Internet ta’ Actiris. Hemm għadd ta’ kotba u riżorsi diġitali disponibbli fuq is-sit u konsulenti dwar il-mobbiltà minn Actiris – li huma stess huma membri tal-Persunal tal-EURES – huma preżenti wkoll fil-bini l-ħin kollu.

Iċ-ċentru huwa prattikament proġett konġunt, li jgħin sabiex tkun koperta kwalunkwe ħtieġa speċifika tal-viżitaturi tiegħu. It-tim huwa magħmul minn konsulenti minn Actiris u Bruxelles Formation, kif ukoll minn membri ta’ VDAB u Tracé. It-tim għandu wkoll rappreżentanti tal-Pôle académique de Bruxelles, il-Wallonia-Brussels Federation, is-Centre de validation des compétences, is-CEFA, Promotion sociale, l-EFP, SFPME u Worldskills Belgium.

Jekk inti bbażat fir-reġjun ta’ Brussell u interessat li ssir taf aktar dwar opportunitajiet ta’ impjieg, taħriġ, studju u mobbiltà, għaliex ma żżurx iċ-ċentru llum? Għandek issib Cité des Métiers – Beroepenpunt fl-Avenue de l’Astronomie 14, mixja qasira mill-istazzjon tal-metro Madou. Biex tikseb aktar informazzjoni, żur:

www.citedesmetiers.brussels

 

Links relatati:

Cité des Métiers – Beroepenpunt (Bil-Franċiż/Fjamming)

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.