Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 Ottubru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

“Ambjent ġdid, kultura ġdida u nies ġodda”: L-EURES jgħin persuna Franċiża li qed tfittex xogħol sabiex issib xogħol fl-Irlanda

Grazzi għall-appoġġ li rċeviet mill-EURES, Florence Pernock min-Normandija sabet xogħol ma’ operatur turistiku Franċiż fl-Irlanda. Aħna tkellimna ma’ Florence biex nisimgħu dwar l-esperjenza Irlandiża tagħha, il-parir tagħha għal persuni oħra li qed ifittxu xogħol li huma interessati jaħdmu barra minn pajjiżhom, u l-pjanijiet futuri tagħha.

“A new environment, new culture and new people”: EURES helps French jobseeker find work in Ireland
Florence Pernock

Wara li qabel kienet taħdem bħala maniġer tal-uffiċċju għal kumpanija kontabilistika f’Pariġi, Florence Pernock iddeċidiet li xtaqet tmur tgħix l-Irlanda biex tikseb esperjenza ta’ xogħol f’pajjiż li jitkellem bl-Ingliż. Florence kkuntattjat lill-EURES waqt li kienet qed tfittex xogħol u dawn malajr sabulha rwol fi Sligo, fil-Majjistral tal-pajjiż.

Florence issa taħdem bħala assistent f’Alainn Tours, operatur turistiku Franċiż li jispeċjalizza fil-vaganzi għal turisti frankofoni fl-Irlanda. “Id-dmirijiet tiegħi jinkludu ħidma amministrattiva ġenerali, kif ukoll ngħin biex jitjiebu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, ta’ ġestjoni u dawk organizzattivi tal-kumpanija,” spjegat Florence.

“Għażla tajba għal kulħadd involut”

Florence hija grata lejn membru partikolari tal-Persunal tal-EURES, Georgie Pevrol, għall-appoġġ li tatha meta marret tgħix l-Irlanda. “Hi kienet verament ta’ appoġġ, u fil-fatt kienet il-persuna li sabitli dan ix-xogħol,” spjegat Florence.

“Hekk kif rat l-offerta, ikkuntattjani biex tgħidli li dan kien IX-xogħol għall-profil tiegħi. Għalhekk applikajt għalih, u xahrejn wara, akkwistajtu!”

Florence tiftakar kif Georgie ipprovdiet appoġġ estensiv matul it-tfittxija tagħha għal xogħol u t-tluq tagħha minn pajjiżha. “Hi tatni parir dwar l-appoġġ finanzjarju li nista’ nirċievi għall-intervista barra mill-pajjiż u biex nitlaq lejn l-Irlanda, u xahar u nofs wara ċemplitli biex tiċċekkja li kollox kien sejjer tajjeb. Hija verament kompetenti u ta’ għajnuna kbira għall-ħajja ġdida tiegħi fl-Irlanda. Irringrazzjajtha ħafna għal dan!”

Georgie nfisha hija modesta dwar l-involviment tagħha. “Kien sforz tat-tim,” qalet. “L-offerta ta’ xogħol intbagħtet lili minn kollega, Marine, li kienet f’kuntatt mal-impjegatur. Bgħatt is-CV ta’ Florence b’rakkomandazzjoni kbira minħabba li kont naf li kienet kandidat serju u b’ħiliet.”

“Florence uriet fiduċja fil-parir tiegħi, u l-impjegatur kellu fiduċja f’Marine, u dan wassal għal għażla tajba għal kull min kien involut!” Georgie tiftakar.

“Hija ħajja ġdida, iżda togħġobni”

Għal Florence, l-aħjar ħaġa dwar ix-xogħol barra mill-pajjiż hija li tiskopri “ambjent ġdid, kultura ġdida u nies ġodda”. “In-nies Irlandiżi huma dħulin immens!” qalet.

Florence mhix ċerta x’hemm fil-futur, l-aktar minħabba li l-partner tagħha baqa’ fi Franza meta marret toqgħod l-Irlanda. Madankollu, hija aċċettat l-isfida li tgħix barra mill-pajjiż.

“Hija ħajja ġdida, iżda togħġobni”, qalet. “Li tmur tgħix f’pajjiż ġdid mhuwiex biss [ta’ benefiċċju] biex ittejjeb il-lingwa, iżda wkoll biex titgħallem dwarek innifsek. L-uniku dispjaċir tiegħi hu li għadni nitkellem wisq bil-Franċiż fl-Irlanda, għalhekk nagħti parir lil kull min jaħdem barra mill-pajjiż biex ikollu kuntatt kemm jista’ jkun maċ-ċittadini lokali.”

Florence tat dan il-parir “Jekk verament trid tikseb din l-esperjenza barra minn pajjiżek, żomm il-mira tiegħek f’moħħok, u qatt ma għandek taqtha qalbek”. “Emmen fik innifsek u kollox ikun tajjeb.”

“Is-servizzi tal-EURES huma impressjonanti u tassew kuntenta dwar kif it-tfittxija għax-xogħol tiegħi ibbenefikat minnhom.”

Jekk inti interessat li taħdem barra pajjiżek fl-Ewropa, żur il- portal tal-EURES illum biex tesplora miljuni ta’ xogħlijiet jew ikkuntattja membru tal-Persunal tal-EURES fir-reġjun tiegħek.

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Persunal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’ pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.