Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet21 Lulju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ftehim ġdid jipproteġi liċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u viċi versa

Din is-sena daħal fis-seħħ ftehim ġdid bejn l-UE u r-Renju Unit. Dan jiffoka fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-għażliet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE.

New agreement protects EU citizens in the UK and vice versa
EURES

Il-EU-UK Trade and Cooperation Agreement (Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit) jirrikonoxxi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra mill-UE, kif ukoll taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE, u jiddeskrivi l-approċċi miftiehma għall-kummerċ u l-opportunitajiet. Filwaqt li kienet miftiehma l-ewwel darba f’Diċembru 2020, il-leġiżlazzjoni tkopri d-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju bejn ir-Renju Unit u l-UE u l-protokoll għall-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq.

Minn meta r-Renju Unit għall-ewwel darba għażel li joħroġ mill-UE fl-2016, u ħareġ uffiċjalment mill-UE fl-2020, saru ħafna diskussjonijiet biex jiġi żgurat li l-għażliet tal-ħajja, is-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit ikunu protetti. In-negozjati formali dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-UE bdew f’Marzu 2020, li rriżultaw fil-EU-UK Trade and Cooperation Agreement.

Drittijiet ta’ għixien, xogħol u studju protetti

Il-leġiżlazzjoni ġiet implimentata mill-bidu ta’ din is-sena, hekk kif din taħdem biex tissalvagwardja d-drittijiet ta’ aktar minn 3 miljun ċittadin tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u aktar minn miljun ċittadin tar-Renju Unit fil-pajjiżi tal-UE.

Din hi mfassla biex tiżgura li ċ-ċittadini għadhom jistgħu jgħixu, jaħdmu u jistudjaw kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, u tkopri wkoll aspetti inklużi d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza, u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.

Il-ftehim jiddikjara li ċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Jannar 2021 jistgħu jkomplu jgħixu hemm, dment li jkunu applikaw għall-Iskema għall-Kisba tal-Istatus ta’ Stabbilit għaċ-Ċittadini tal-UE qabel it-30 ta’ Ġunju 2021. Dawk li jkomplu jaħdmu fir-Renju Unit wara l-1 ta’ Jannar 2021, u li applikaw għall-iskema, mhux se jkunu meħtieġa japplikaw għal dokument ta’ ħaddiem fruntalier.

Iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu legalment fl-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2021 li jkomplu jirrisjedu fl-UE wara jista’ jkollhom bżonn japplikaw għal status ta’ residenza ġdid fl-Istat Membru fejn jgħixu. Huma għandhom ukoll id-dritt li japplikaw għal dokument ta’ ħaddiem fruntalier f’dak l-Istat Membru.

Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għadha tapplika

Iċ-ċittadini tal-UE li ilhom jgħixu u jaħdmu kontinwament fir-Renju Unit (jew viċi versa) sa minn qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni jibbenefikaw ukoll minn koordinazzjoni sħiħa dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali. Għall-ġejjieni, ir-regoli kollha tal-UE dwar id-drittijiet għas-sigurtà soċjali se jkomplu japplikaw f’każijiet bħal dawn.

Hemm ukoll fis-seħħ koordinazzjoni parzjali għal ċittadini tal-UE li ma kinux qed jgħixu kontinwament fir-Renju Unit, iżda li kienu għadhom soġġetti għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tar-Renju Unit qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni (jew viċi versa). Dan japplika, pereżempju, għar-regoli dwar it-trattament ugwali, il-benefiċċji tal-mard u tal-familja, u l-kombinament ta’ drittijiet u obbligi minn perjodi differenti ta’ residenza.

L-UE u r-Renju Unit ikkonkludew ukoll ftehimiet mal-Iżvizzera u mal-Istati taż-ŻEE-EFTA (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) biex jipproteġu lin-nies f’sitwazzjonijiet trijangolari (bħal ċittadin tar-Renju Unit li jgħix jew jaħdem fl-UE fit-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, iżda t-tfal jgħixu fi Stat Membru differenti tal-UE).

Għal aktar informazzjoni dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, żur:

https://ec.europa.eu/info/relations-united-kingdom/eu-uk-trade-and-cooperation-agreement_mt

 

Links relatati:

https://ec.europa.eu/info/relations-united-kingdom/eu-uk-trade-and-cooperation-agreement_mt

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

EURES Bażi tad-Data tal-Impjiegi

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.