Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet14 April 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-istorja tal-EURES tiegħi: Javier Cordero

L-EURES reċentament iċċelebra għeluq il-25 sena tiegħu. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, il-persuni li qed ifittxu impjieg ġew mistiedna jikkondividu l-istejjer tal-EURES tagħhom sabiex ikollhom l-opportunità li jirbħu xi premjijiet kbar. Ir-rebbieħa issa ġew imħabbra u matul il-ftit xhur li ġejjin se nkunu qed nippreżentaw l-esperjenzi tagħhom.

My EURES story: Javier Cordero
EURES

“X’inhi l-istorja tal-EURES tiegħek?”

Dik hi l-mistoqsija li l-kompetizzjoni #EURES25 titlob li l-persuni li qed ifittxu impjieg minn madwar l-Ewropa kollha jwieġbu. L-entrati jistgħu jiġu sottomessi f’forma ta’ vidjow qasir jew immaġni akkumpanjat minn sommarju dwar l-esperjenza tagħhom u l-premjijiet jinkludu kors tal-lingwa ta’ EUR500 jew taħriġ dwar il-ħiliet tal-impjegabbiltà.

Il-parteċipanti kienu mħeġġa jaħsbu dwar kif l-EURES għinhom isibu l-impjieg tal-ħolm tagħhom, kif il-Konsulenti tal-EURES appoġġawhom b’aċċess għal taħriġ dwar il-lingwa u b’integrazzjoni f’pajjiż ġdid, jew kif il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES jew Jiem l-Impjiegi (Online) Ewropej wasslu għal opportunitajiet ta’ impjieg uniċi.

It-tliet rebbieħa tal-kompetizzjoni tħabbru matul ċerimonja ta’ premjazzjoni fl-Avveniment tal-Anniversarju tal-25 sena tal-EURES fi Brussell fit-30 ta’ Jannar. L-ewwel wieħed kien Javier Cordero u din hi l-istorja tiegħu.

Isem: Javier Cordero

Nazzjonalità: Spanjol

Tip ta’ entrata: Vidjow

Profil: Insellem lil kulħadd, jien Javier Cordero u jien wieħed miċ-ċittadini Ewropej fortunati li ħadu sehem fil-programm Ewropew “L-ewwel Impjieg EURES tiegħi”.

Smajt għall-ewwel darba dwar l-EURES meta kont qed nirriċerka fuq l-internet. Peress li kont kurjuż ħafna u kont interessat li naħdem barra minn pajjiżi, iddeċidejt li nagħmel l-ewwel pass u napplika għal impjieg.

Ksibt opportunità ta’ impjieg biex naħdem bħala terapista fiżiku f’Berlin. Ħdimt kemm flaħt u wara sena ngħatajt l-opportunità li naħdem bħala terapista fiżiku fi klabb tal-futbol professjonali. Kelli dubji dwar jekk kellix naċċetta l-impjieg.

Irrid ngħid li grazzi għall-programm tagħkom, l-Ewropej kollha għandhom l-opportunità li jmorru f’pajjiż ieħor, jitgħallmu lingwa ġdida u jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju. Li wieħed ikun jista’ jagħmel dan hu privileġġ.

Tnediet kompetizzjoni simili għall-impjegaturi, li talbithom jissottomettu ritratt li jirrappreżenta xi jfisser għalihom il-moviment liberu. Ġew offruti vawċers li jiswew EUR500 u t-tliet rebbieħa ġew imħabbra matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.

Biex issir taf aktar dwar l-impjegaturi rebbieħa - u r-rebbieħa l-oħra fost dawk li qed ifittxu impjieg - iċċekkja s-sit web tal-EURES.

Il-kompetizzjoni #EURES25 kienet parti minn kampanja li għadha għaddejja għall-promozzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-25 sena anniversarju tal-EURES. Imniedi fl-1994, l-EURES kiber biex jinkludi 32 pajjiż u aktar minn 1,000 Konsulent. Sal-lum, hemm aktar minn 3.6 miljun opportunità ta’ impjieg u 15,500 impjegatur irreġistrati fuq il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES.

Filwaqt li jħares ’il quddiem lejn il-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-netwerk se jwitti t-triq biex jiġi żgurat li ħafna persuni li possibbilment qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu jafu dwar l-EURES, x’jirrappreżenta, u kif dan jista’ jappoġġjahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.

 

Links relatati:

Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet/rapporti/statistikaStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.