Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet8 Novembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Agħmel l-aqwa impatt bis-CV tiegħek - ħu approċċ differenti!

Skont x’tip ta’ impjieg qed tfittex, kultant l-impjegatur ikun irid jieħu idea ta’ min int u wara jara x’ħiliet u x'esperjenza għandek. Għaliex ma tgħaqqadx CV fuq vidjow mal-verżjoni iktar tradizzjonali? Jekk taħseb li dan jagħmel sens għalik, aqra l-pariri esperti dwar meta tippreżenta CV fuq vidjow u x’għandek tqis meta tkun qed tiġbed il-vidjow.

Max out the impact of your CV – try a different approach!
Thinkstock

Jekk tużax CV fuq vidjow jew le jiddependi minnek u mit-tip ta’ impjieg li qed tfittex. Artiklu reċenti li deher fuq il-ġurnal Guardian tar-Renju Unit jikkwota lil Simon Thompson, il-kap eżekuttiv ta’ VideoRecruit. Jemmen li wieħed jista’ juża CV fuq vidjow meta jkun irid iħalli impatt fuq impjegatur. “Il-fatt li tkun ħadt il-ħin biex tipprepara s-CV fuq vidjow juri lill-impjegatur li lest li tagħmel dak l-isforz addizzjonali biex tirnexxi”.

Kif tagħmel CV fuq vidjow tajjeb?

Bil-kuntrarju għal CVs tradizzjonali, ma hemmx regoli fissi dwar il-format. Din il-libertà tista’ tagħti iktar flessibbiltà kif ukoll tkun problematika. L-esperti jaqblu li l-klipp għandu jkun twil bejn minuta u 3 minuti. Elizabeth Baccus, kowċ li tgħin lin-nies isibu l-karrieri tagħhom u fundatriċi ta’ The Successful CV Company, tgħid li hemm ħafna x’jista’ wieħed jgħid f’60 -120 sekonda.

Tgħid “Introduċi lilek innifsek, għid għaliex int il-persuna adatta għal dak l-impjieg u żomm f’moħħok li għandek biss ftit sekondi biex timpressjonahom”. Huwa importanti, tinsiex tgħid fl-aħħar, “Grazzi bil-quddiem tal-ħin li ħadtlek biex tara s-CV tiegħi”. Il-vidjow se jagħti element ta’ kurżità għas-CV klassiku li se jintbagħat miegħu.

Trid tieħu d-dehra tiegħek bis-serjetà. Huwa probabbli li jkun ferm aħjar li tilbes kif kieku tilbes għal intervista ma’ dik il-kumpanija, jiġifieri f’każ li jippreferu li tilbes pulit iżda informali fl-istess ħin, ilbes kif xieraq.

Ippreżenta lilek innifsek bħala persuna ferħana, b’personalità kunfidenti, jiġifieri pprattika billi tiġbed xi klipps u arahom sew ħalli tara jekk intix komdu/a b’kif qed tidher. Tkun idea tajba li tibgħat il-klipp lil sħabek ħalli tara x’jaħsbu dwar jekk intix miexi/miexja fid-direzzjoni t-tajba.

U x’jagħmel vidjow ħażin?

Li taqra n-noti “off camera” hu żball għax tispiċċa l-ħin kollu ddawwar wiċċek lil hinn mill-intervistatur, u dak li jkun jiddejjaq isegwik. Barra minn hekk, kun żgur li l-ambjent li fih tkun qed tiġbed jagħti impressjoni tajba tiegħek - x’posters u x'ritratti qed jidhru fl-isfond? Il-post hu nadif? Il-fatt li tiġbed il-vidjow f’dahrek qisek qed tistieden lill-intervistatur għandek, immaġinah daqs li kieku se jidħol mill-bieb.

Veru jintużaw dawn il-vidjows jew daħlu invoga għalissa?

Is-sit web Meet The Real Me li jgħin lil dawk li jkunu qed ifittxu impjieg jagħmlu u jibagħtu CVs fuq vidjow ġie stabbilit fl-2009 u s’issa għen lil iktar minn 10 000 kandidat jirrekordja CV fuq vidjow, jispjega Artiklu fuq il-Guardian. Sid is-sit web Marc Fels jemmen li dan hu riżultat tal-użu ferm mifrux ta’ webcams u broadband.

Il-VideoRecruit, li tnieda fl-2012 jagħti lok lin-nies biex itellgħu profili bil-vidjow jew mingħajru. Bħala medja, dawk li jkollhom CV irrekordjat igawdu minn 7.6 darbiet iktar ta’ klikks meta mqabbla ma’ dawk li ma jkollhomx. “In-nies jippreferu jaraw CVs fuq vidjow minħabba li hu kunċett ġdid u li jikkomunika b’mod iktar viżiv minn CV fuq il-karta”, jgħid Simon.

Jekk taħseb li l-impjieg li tixtieq, jagħmel enfasi fuq kif tmur man-nies, fuq kemm int kreattiv/a u huwa importanti li turi l-ħiliet tiegħek fil-komunikazzjoni, għaliex ma tippruvax? Ħu l-ħin biex tagħmlu sew u tkun tista’ tagħti lis-CV tiegħek spinta ‘l fuq fil-lista tal-impjegatur.

 

Links relatati:

Kif tuża l-Portal EURES għal dawk li qed ifittxu impjieg

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.