Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet10 Mejju 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Tlaqna naħdmu l-Ġermanja

Qed taħseb biex tmur tgħix il-Ġermanja minħabba xogħol? EURES għandu ħafna informazzjoni biex jgħinek issib ix-xogħol u tagħmel tranżizzjoni bla xkiel.

Let’s work in Germany
EURES

Il-portal tal-EURES fih ħafna informazzjoni dwar l-għajxien u x-xogħol fl-UE, b’fatti u ċifri għal kull pajjiż individwali li jinsabu klikk ’il bogħod. L-EURES irid ikun l-ewwel punt ta’ kuntatt tiegħek biex jgħinek issib xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE, u jista’ jidderiġik lejn is-sorsi l-aktar xierqa ta’ għajnuna.

Minbarra s-sit web tal-EURES, sors tajjeb ta’ informazzjoni għal persuni li qed ifittxu impjieg u li jixtiequ jsibu xogħol fil-Ġermanja hu www.make-it-in-germany.com, is-sit web tal-gvern federali tal-Ġermanja għall-professjonisti barranin kwalifikati.

Dan għandu verżjonijiet bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol, b’informazzjoni limitata f’10 lingwi oħra, li jinkludu t-Taljan u l-Portugiż. Is-sit web fih informazzjoni ta’ sfond dwar it-taħriġ, it-taxxi u l-impjiegi, kif ukoll studji tal-każ minn ħaddiema internazzjonali b’ħiliet li marru jgħixu l-Ġermanja.

Jistgħu jsiru mistoqsijiet oħra permezz ta’ hotline tat-telefon, email jew chat testwali. Waħda mill-aġenziji wara dawn l-għażliet ta’ kuntatt hi s-Servizzi Internazzjonali u Speċjalizzati (Zentrale Auslands- und Fachvermittlung, ZAV) tal-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Impjiegi (Bundesagentur für Arbeit). Iz-ZAV, li hi parti min-netwerk tal-EURES, hi l-korp ċentrali għall-mistoqsijiet kollha dwar il-ħajja u x-xogħol fil-Ġermanja. Il-persunal taz-ZAV ikun ukoll f’fieri tax-xogħol u f’avvenimenti ta’ informazzjoni internazzjonali f’pajjiżek u ta’ spiss jorganizza Jiem Online Ewropej tal-Impjiegi dwar ix-xogħol u l-ħajja fil-Ġermanja.

L-impjegaturi Ġermaniżi għandhom domanda kbira għal persunal bi kwalifiki għoljin, speċjalment inġiniera u tekniċi, persunal tal-IT, tobba u infermiera. Barra minn hekk, is-setturi tal-loġistika u tal-kostruzzjoni qed ifittxu ħaddiema tas-sengħa. Ħafna aktar minn 90 % tal-kumpaniji Ġermaniżi kollha huma intrapriżi żgħar u medji, li jirrappreżentaw żewġ terzi tal-impjiegi kollha u aktar minn nofs il-produzzjoni ekonomika tal-Ġermanja. Hu importanti li wieħed jinnota li ħafna minn dawn il-kumpaniji – minkejja li xi wħud minnhom huma mexxejja tas-suq fis-settur tagħhom – jinsabu fi bliet żgħar jew f’żoni rurali, mhux neċessarjament fi bliet kbar.

It-tip ta’ impjiegi l-aktar komuni fil-Ġermanja hu kuntratt miftuħ u full-time b’ġimgħa tax-xogħol ta’ madwar 40 siegħa. Madankollu, dan sar anqas komuni u tipi ġodda ta’ impjieg, li jinkludu xogħol għal żmien fiss, part-time u temporanju, saru aktar frekwenti.

Il-forom ta’ impjieg indipendenti saru wkoll dejjem aktar importanti f’dawn l-aħħar snin, u l-għadd ta’ persuni li jaħdmu għal rashom kiber f’daqqa. Kull min jixtieq jiftaħ negozju jrid jirreġistra mal-Gewerbeamt (l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju) tal-awtorità lokali fejn ikollu l-kwartieri ġenerali tiegħu. Iżda l-persuni li jaħdmu għal rashom jridu jirreġistraw mal-Finanzamt (l-Uffiċċju tat-Taxxa). Il-kmamar tal-industrija u tal-kummerċ, il-kmamar tas-snajja’, l-assoċjazzjonijiet professjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji lkoll jistgħu jipprovdu pariri dwar il-proċeduri.

 

Links relatati:

L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja

Servizz ta’ Kollokament Internazzjonali

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.