
Sa minn meta tista’ tiftakar, il-ħajja ta’ Goda kienet mimlija bil-moda. Hi bdiet tistudja l-inġinerija tal-ħwejjeġ u tal-moda fl-università, iżda meta telqet ħasset li l-programm ma ssodisfax il-bżonnijiet kreattivi tagħha. “Ilni naħseb fuq kif se nniedi l-marka tiegħi stess għal żmien twil, iżda ntbaħt li kelli nuqqas fl-għarfien meħtieġ,” tgħid.
Wara li ħadet il-parir ta’ ħabib, hi rreġistrat f’kors ta’ ħajjata permezz tal-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Meta lestietu, nediet il-marka tagħha stess: Oh My Goda. “Issa nuża l-għarfien li ksibt mill-kors kuljum,” iżżid Goda. “Kull filgħodu nqum u naf li għandi l-ħila nagħmel dan.”
Goda tgħid li hi l-eżempju perfett ta’ opportunitajiet fantastiċi li l-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ toffri liż-żgħażagħ. “Inħossni kburija bija nnifsi u kunfidenti f’dak li qiegħda nagħmel,” iżżid tgħid. “Bħala riżultat, in-negozju tiegħi qiegħed jimxi ʼl quddiem.”
X’inhi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ?
Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ toffri approċċ ġdid għat-tnaqqis tal-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ billi tiżgura li ż-żgħażagħ kollha taħt il-25 sena jiksbu offerta ta’ kwalità tajba u konkreta ta’ impjieg, apprendistat, traineeship jew edukazzjoni kontinwa. L-iskema teħtieġ li dan jiġi ppreżentat fi żmien 4 xhur minn wara li l-persuna żagħżugħa tieqaf mill-edukazzjoni formali jew tispiċċa bla impjieg. Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ jistgħu jinstabu hawn.
Links rilevanti:
Garanzija għaż-Żgħażagħ u Inizjattiva favur l-Impjieġ taż-Żgħażagħ – Vidjo
Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ
L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
L-għajxien u x-xogħol fil-Litwanja
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Ottubru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles