Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet21 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Il-fieri tal-impjiegi: tuża ħinek bl-aħjar mod

Mela, sibt fiera tal-impjiegi li tixtieq tattendi u lestejt il-proċess tar-reġistrazzjoni (jekk meħtieġ!) Xi jmiss? Jista' jgħaddilek il-ħsieb li jekk titfaċċa dakinhar huwa biżżejjed, iżda sabiex tikseb il-massimu minn fiera tal-impjiegi - u sabiex tuża ħinek b'mod għaqli - tkun idea tajba li tagħmel ftit ippjanar minn qabel...

Job fairs: making the most of your time

Skopri minn se jkun hemm

Ħafna mill-fieri tal-impjiegi se jippubblikaw il-lista tal-esibituri tagħhom qabel l-avveniment. Billi tkun taf liema negozji u organizzazzjonijiet se jkunu hemm, inti tista' tidentifika lil min tixtieq tkellem u tħejji pjan ta' azzjoni. Dan huwa partikolarment importanti jekk dan huwa avveniment kbir, għaliex x'aktarx mhux se jkollok ħin tkellem lil kulħadd. Il-fatt li tikklassifika lil dawk li jattendu jista' jkun mod tajjeb sabiex tisseparahom f'dawk li żgur tixtieq tiltaqa' magħhom u dawk li se tiltaqa' magħhom jekk ikun għad fadal ħin.

Ilbes biex tolqot l-għajn

Dak li tilbes jista' ma jidhirx daqstant importanti, iżda dan huwa parti essenzjali ta' kif tippreżenta lilek innifsek u l-ewwel impressjoni tgħodd ħafna. Wara kollox, ir-reklutaturi x'aktarx se jiltaqgħu ma' mijiet ta' żgħażagħ bħalek matul il-ġurnata - ma tridx li jibqgħu jiftakruk għar-raġunijiet il-ħżiena! Aħseb dwar kieku x'tilbes għal intervista tax-xogħol u ma tistax tmur ħażin.

Agħmel kopji tas-CV tiegħek

X'aktarx se jkollok biss xi 10 minuti ma' impjegatur potenzjali u għalhekk tajjeb li jkollok xi ħaġa li tkun tistaʼ tatihom. Business cards huma tajbin, iżda CV fih ħafna aktar informazzjoni dwar il-ħiliet u l-esperjenza tiegħek, u xʼtista' toffri lil kumpanija. Kun ċert/a li għandek biżżejjed kopji għal kulħadd u li s-CV tiegħek ikun taʼ tul xieraq - l-ebda impjegatur potenzjali ma jrid li joqgħod iqalleb 10 paġni biex ikun jaf min inti u xʼtaf tagħmel!

Aħseb dwar xʼjixtiequ n-negozji jew l-organizzazzjonijiet

Huma qed ifittxu impjegati ġodda b'talenti li se jġibu xi tip ta' valur miżjud fil-kumpanija tagħhom. Filwaqt li l-ħila u l-esperjenza fuq is-CV tiegħek huma importanti, kif taġixxi fir-realtà se jħalli impatt ukoll. Il-fatt li titbissem, tħares direttament fl-għajnejn, turi interess ċar (u għarfien tal-) fil-kumpanija u tippreżenta lilek innfisek b'mod kunfidenti se jgħinu sabiex timmassimizza d-dehra tiegħek bħala impjegat potenzjali.

Aħseb dwar dak li inti trid

Fir-realtà għaliex se tattendi l-fiera tal-impjiegi? Hemm xi impjieg speċifiku li tfajt għajnejk fuqu jew kumpanija li tixtieq taħdem magħha? Tinsab interessat/a biex tara x'opportunitajiet mhux mistennija jista' jkun hemm hemm barra? Jew tħoss biss li żżur fiera tal-impjiegi hija xi ħaġa li għandek tkun qed tagħmel? Li tkun onest/a dwar il-motivazzjoni tiegħek se jgħinek tidderieġi ħinek waqt li tkun hemm u forsi wkoll - fil-każ tar-raġuni tal-aħħar - tispirak tieħu approċċ aktar effettiv.

Fejn tista’ ssib iktar tagħrif?

Il-Jiem l-Impjiegi Ewropej huma post tajjeb sabiex tibda. Dawn il-fieri ta' reklutaġġ online u fuq il-post ilaqqgħu flimkien lil dawk li qed ifittxu impjieg u negozji f'postijiet Ewropej differenti, diversi drabi fix-xahar (bħala medja). Huwa faċli li tirreġistra għal avveniment u dan jista' jsir permezz tas-sit web tal-Jiem l-Impjiegi Ewropej.

Lil hinn mill-Ewropa, il-Fiera Globali għall-Karrieri torganizza numru ta' Fieri Internazzjonali għall-Karrieri kull sena. Dawn l-avvenimenti jsiru online, u b'hekk ikunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kullimkien fid-dinja.

Il-fieri tal-impjieg jimxu id f'id man-netwerking, għalhekk kun żgur li tiċċekkja l-aħħar gwida għan-netwerking għall-aqwa pariri dwar kif għandek tinnetwerkja daqs professjonist!

 

Links relatati:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Fieri Internazzjonali għall-Karrieri

L-aħħar gwida għan-netwerking

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.