Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet13 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Fiera tal-impjiegi klikkjatura biss ʼil bogħod: Talent tal-IT mill-Ewropa kollha integrat f’Jum l-Impjiegi Ewropew Online Irlandiż

Immaġina li għal mument int persuna li qed tfittex impjieg bi sfond ta’ softwer/IT jew b'ħiliet ta’ servizz f'negozju li qed tfittex li tiżviluppa l-karriera tiegħek. Fejn tmur biex tfittex opportunitajiet ġodda? Hemm probabbiltà kbira li ma tmurx tfittex ġo fuljetti f’fiera tal-impjiegi. Probabbli tagħmel ħafna mir-riċerka tiegħek, jekk mhux kollha, fuq l-Imbierek Internet.

A job fair just a click away: IT talent from all over Europe plugged-into Irish European Online Job Day
E(O)JD

Issa, immaġina li tista’ tattendi fiera tal-impjiegi online li jkollha preżentazzjonijiet mill-kumpaniji, postijiet vakanti, proċess ta’ applikazzjoni mingħajr diffikultajiet, intervisti, u fejn tiltaqa’ ma’ impjegaturi potenzjali online: dan kollu klikkjatura biss ʼil bogħod! Fil-verità, dan ix-xenarju diġà jeżisti.

Jiem l-Impjiegi Ewropej (Online) hija serje ta’ avvenimenti kontinwi u dinamiċi, li tlaqqa’ flimkien lil persuni li qed ifittxu impjieg u lill-impjegaturi, sabiex jippromwovu opportunitajiet ta’ xogħol. Sew jekk fuq il-post kif ukoll jekk online, dawn il-fieri ta’ reklutaġġ fl-Ewropa kollha jlaqqgħu persuni li jkunu qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Il-parteċipanti jiksbu wkoll parir prattiku dwar kif jgħixu u jaħdmu barra.

Fl-4 ta’ Mejju 2017, is-Servizz tal-Irlanda/Ewropew tax-Xogħol tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tal-EURES, flimkien mal-appoġġ dirett tal-Kummissjoni Ewropea organizza Jum Ewropew tal-Impjieg (Online) lokali bl-isem ta’ “Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn”. Waqt li kellu fil-mira tiegħu t-talent tal-IT u tas-Servizz tan-Negozju mill-Ewropa kollha, l-avveniment online kellu l-għan li jiġbed talent fl-ICT lejn Cork, l-Irlanda, sabiex jingħaqad mal-aħjar kumpaniji fis-settur, bħal Apple, Dell, Google u Logitech, fost oħrajn. (Għal lista sħiħa tal-kumpaniji li attendew l-avveniment, tista’ tmur fuq kumpaniji).

Ġej/ja Cork?

L-organizzaturi enfasizzaw li Cork diġà tilqaʼ fi ħdanha 150 kumpanija barranija li bħalissa jimpjegaw 28,500 persuna. “Il-bażi qawwija ta’ kumpaniji magħrufin fuq livell internazzjonali eżistenti u kumpaniji Irlandiżi ġodda eċċitanti flimkien mal-infrastruttura ta’ kwalità tajba u kwalità tal-ħajja tajba, jagħmlu lil Cork post attraenti għal kumpaniji u persuni li qed ifittxu impjieg”, jispjegaw il-Konsulenti lokali tal-EURES. Sew jekk tara lilek innifsek taħdem għal kumpanija tat-teknoloġija ewlenija jew negozju ġdid dinamiku li jiddomina teknoloġiji moderni, Cork jista’ jkun il-post għalik.

Online, kollox f’post wieħed

L-avveniment sar kollu online bejn l-10am u s-13.30 fl-4 ta’ Mejju, ixxandar live u int tista’ saħansitra taċċessa x-xandira online llum hawnhekk stess. Il-persuni li kienu qed ifittxu impjieg kellhom iċ-ċans ifittxu u japplikaw għal impjiegi dak il-ħin stess; jikkuntattjaw lill-impjegaturi, jibbukkjaw intervisti għal impjieg, u jużaw il-funzjoni ta’ chat live biex jistaqsu mistoqsijiet. Dakinhar, l-EURES tal-Irlanda għamel ukoll diversi preżentazzjonijiet rilevanti u utli disponibbli għal persuni li kienu qed ifittxu impjieg. Waħda minn dawk li dehru kienet “L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek” li indirizzat appoġġ finanzjarju Ewropew disponibbli għal ħaddiema mobbli. Oħra tkellmet dwar “L-Għixien u x-Xogħol fl-Irlanda”. L-impjegaturi ppromwovew il-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħhom billi ppubblikaw postijiet vakanti direttament fuq il-pjattaforma, permezz tal-iskrinjar u t-tqabbil awtomatiku tas-CVs, billi ġew skedati u saru intervisti online dakinhar tal-avveniment u b’sessjoni ta’ chat live ta’ Mistoqsija u Tweġiba ma’ impjegati prospettivi.

Jum l-Impjiegi Ewropew Online tal-ICT ġie organizzat mis-Servizz tal-Irlanda/Ewropew tax-Xogħol tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tal-EURES, flimkien mal-appoġġ dirett tal-Kummissjoni Ewropea. L-avveniment kien parti minn inizjattiva usa’ - Ġimgħa tal-Impjiegi Ewropea, li l-għan tagħha huwa li tqajjem sensibilizzazzjoni lejn is-servizzi u l-appoġġ li huma disponibbli għall-impjegaturi u għal persuni li qed ifittxu xogħol permezz tas-Suq tax-Xogħol Ewropew. 

 

Links relatati:

Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn - paġna tal-avveniment

Cork fejn hemm l-IT @..... arah hawn - post fuq Facebook

EURES Irlanda

#ImpjiegiICTCork

#Jiemtal-ImpjiegiEURES

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjali
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.