Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet25 April 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

"Postijiet inkredibbli u nies mill-aħjar": L-istorja ta’ Lara

L-istejjer ta’ suċċess jibqgħu ġejjin minn EURES Spanja. Wara Juan Carlos u Alejandra, il-benefiċjarju ta’ EURES Lara qasmet magħna l-istorja tagħha, inkluż xi suġġerimenti utli u pariri ta' ispirazzjoni, fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ EURES Spanja.

‘Incredible places and wonderful people’: Lara’s story
Lara Sánchez Morante, 2018/Saray Fernández Couce

“Kollox beda mir-reġistrazzjoni tiegħi fuq il-pjattaforma ta' EURES,” ftakret Lara. “Hija proċedura sempliċi, simili għal dik ta’ kwalunkwe pjattaforma oħra onlajn tat-tiftix tal-impjiegi. Bażikament, tinvolvi li ddaħħal is-CV tiegħek. Tista’ wkoll tiffiltra l-offerti li trid tirċievi skont it-tip ta’ xogħol.”

Ftit wara Lara rċeviet offerta ta’ impjieg mingħand lukanda fir-reġjun tal-wied ta' Moselle fil-Ġermanja, għalkemm tammetti li ma kinitx ċerta dwar l-offerta għall-ewwel, għax l-impjegatur xtaq li tibda taħdem minnufih.

“Ma kelli xejn x’nitlef”

Lara ddeċidiet li tikkuntattja lil Konsulent tal-EURES fis-Servicio Extremeño Público de Empleo (SEXPE) fir-reġjun tagħha ta' Extremadura, fil-Lbiċ ta’ Spanja.

“Ikolli ngħid li l-pariri tagħhom kienu ta’ għajnuna kbira, u grazzi għalihom, ħafna mid-dubji tiegħi għebu u stajt niċċara l-ideat tiegħi,” qalet.

Il-Konsulent ta’ EURES ta’ Lara serrħilha rasha li offerti rreġistrati fuq il-portal ta’ EURES huma affidabbli u taha eżempji ta’ persuni li diġà qed jaħdmu f’pajjiżi oħrajn permezz ta’ EURES. Lara eventwalment aċċettat l-offerta tal-impjieg, għalkemm kienet tfisser li kienet se taħdem fi professjoni ġdida.

Extremadura huwa stat prinċiparjament rurali u ma tantx għandu opportunitajiet ta’ xogħol għal persuni żgħażagħ. Ir-rata tal-qgħad tar-reġjun hija ta' madwar 25% – il-medja ta’ Spanja hija ta' 16% – u hu stmat li hija eqreb għal 50% għall-grupp ta’ età ta’ taħt il-25. Fid-dawl ta’ dan, Lara kienet taf li kellha opportunità tajba.

“Ma kelli xejn x’nitlef – fi Spanja, ma kellix xogħol,” spjegat. “Ħadtha bħala opportunità li jkolli l-esperjenza ngħix f’pajjiż ieħor, u nitgħallem xi ftit Ġermaniż, għaliex le.”

“L-aħjar deċiżjoni li qatt stajt nagħmel”

Lara tammetti li ma kinitx faċli tadatta għax-xogħol u l-ħajja fil-Ġermanja. “Aktar milli diffiċli, niddeskriviha bħala stramba, għax għall-ewwel kollox jidher differenti,” qalet hi.

Madankollu, Lara tgħid li din hi ħaġa normali, ħaġa li persuna tesperjenza kull meta tibda impjieg ġdid jew tgħaddi minn bidla maġġuri fil-ħajja, u tgħid li ma damitx wisq biex tidra l-ħajja u l-impjieg il-ġodda tagħha.

Lara tgħid ukoll li tħossha xxurtjata ħafna li għandha maniġer tant attent u dejjem lest li jgħin, li għenha ssib akkomodazzjoni, jieħu ħsieb il-proċeduri burokratiċi u anki sabilha tabib.

“Maż-żmien, intbaħt li l-fatt li aċċettajt impjieg fil-Ġermanja kien l-aħjar deċiżjoni li stajt nagħmel dak iż-żmien,” qalet hi. “Grazzi għal dan l-impjieg, kelli l-opportunità li nsir naf postijiet inkredibbli u nies mill-aħjar li qatt ma stajt nimmaġina.”

Titjib personali kif ukoll esperjenza professjonali

“Barra minn hekk, nemmen li din it-tip ta’ esperjenza tiswik ħafna bħala persuna – jien xhieda ta’ dan,” qalet Lara. “Titgħallem tapprezza tipi ta’ affarijiet differenti, tiżviluppa lilek innifsek bħala persuna.”

“Fi ftit kliem, mill-esperjenza tiegħi, nirrakkomanda ħafna li wieħed iqatta’ perjodu ta’ żmien jaħdem f’pajjiż ieħor jekk qed jikkunsidraha. Għandek ħafna iżjed x’takkwista milli x’titlef.”

Jekk ġejt ispirat/a mill-kliem ta’ Lara u qed tikkunsidra li tmur taħdem barra minn pajjiżek int ukoll, għaliex ma tirreġistrax fuq il-portal ta’ EURES illum? Tista’ żżomm ruħek aġġornat/a wkoll mal-aħħar aħbarijiet minn EURES Spanja fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.

 

Links relatati:

Portal tal-EURES – L-istorja ta' Juan Carlos

Portal tal-EURES – L-istorja ta' Alejandra

L-istorja ta’ Lara – post oriġinali fuq  Facebook(bl-Ispanjol)
Portal ta’ EURES

EURES Spanja fuq Facebook

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenttal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Id-database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Stejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.