Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet3 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Sħubija tal-EURES Ungerija-Awstrija li tgħin lil negozji ġodda

Il-mod ta’ kif naħdmu qed jinbidel, b’bosta xogħlijiet tradizzjonali jagħmlu spazju għal teknoloġiji ġodda u aktar u aktar kumpaniji jiffavorixxu xogħol b’kuntratt b’differenza għal impjieg standard. Affaċjat b'din in-norma ġdida, l-EURES ukoll qed jadatta l-mod ta’ kif jgħin lill-persuni li jkunu qed ifittxu xogħol.

Hungarian-Austrian EURES partnership helping startups
TBD

Fl-Ungerija u fl-Awstrija, is-sħubija transkonfinali tal-Pannonia EURES (EURES-T Pannonia) qed tirreaġixxi għal din ir-realtà li qed tinbidel billi qed tfittex soluzzjonijiet ġodda ta' tqabbil ta' impjiegi – inkluż impjieg indipendenti. “Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, iddeċidejna li nibdew nipprovdu assistenza li tmur lil hinn mit-taħriġ iffukat fuq l-impjegat tradizzjonali tagħna,” qal il-Konsulent tal-EURES Gábor Balabán. “Kemm jekk tkun it-tnedija ta’ negozju ġdid, ħidma bħala freelancer jew il-ftuħ ta’ franchise, l-Eures-T Pannonia tixtieq tipprovdi lill-persuni li qed ifittxu impjieg interessati bil-ħiliet u t-taħriġ neċessarju sabiex jirnexxielhom jiftħu għal rashom.”

L-għodda għall-impjieg indipendenti

Għalkemm għadha biss programm pilota, l-inizjattiva diġà toffri mezzi prattiċi sabiex tgħin lin-nies jilħqu l-għanijiet tagħhom. “Minħabba li għadna kif nedejna l-pilota din is-sena, għad qed isir xogħol fuqha,” qal Balabán. “Iżda diġà fassalna għodda soda ta’ ħiliet u taħriġ sabiex dawk li jixtiequ jaħdmu b’mod indipendenti ma jkollhomx għalfejn jagħmlu l-pass waħedhom.”

It-taħriġ ikopri kollox mill-fundamentali għall-ftuħ ta’ negozju, bħall-konoxxenza tal-ambitu legali u regolatorju, sal-pedamenti ta’ kif tmexxi wieħed, bħas-sopravivenza quddiem ir-rekwiżiti tat-taxxa.

Opportunità li minnha jiggwadanja kulħadd

Ir-reġjun transkonfinali huwa l-post ideali għat-tnedija ta’ programm pilota daqstant ambizzjuż. Grazzi għall-mobbiltà soċjali, negozju ġdid Ungeriż jista’ faċilment jimmanifattura l-prodotti tiegħu fl-Ungerija u jbigħhom fl-Awstrija. Fi kliem ieħor, bil-ħiliet ix-xierqa, negozju ġdid ibbażat fir-reġjun transkonfinali għandu aċċess għal suq internazzjonali mdaqqas.

Għall-ħafna Ungeriżi li attwalment jgħixu u jaħdmu fl-Awstrija, il-programm joffri wkoll opportunità sabiex jiġu lura d-dar. “Bit-taħriġ adatt, dawn il-ħaddiema jistgħu jiġu lura l-Ungerija, jiftħu n-negozju tagħhom stess u possibbilment jibbenefikaw minn livell ta’ għajxien aħjar,” spjega Balabán. “Fl-istess waqt, in-negozji tagħhom ser joħolqu impjiegi ġodda għal Ungeriżi oħra li huma qiegħda – li jagħmilha verament opportunità li minnha jiggwadanja kulħadd.”

Dwar is-sħubiji transkonfinali tal-EURES

Is-sħubiji transkonfinali tal-EURES qegħdin f’żoni li għandhom livell għoli ta’ vjaġġar transkonfinali. L-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu pariri u gwida speċifiċi dwar il-mobbiltà tax-xogħol lil ħaddiema li jgħixu f’pajjiż u jaħdmu f’ieħor. Dawn l-isħubiji transkonfinali jilqgħu flimkien l-impjieg pubbliku u s-servizzi ta’ taħriġ vokazzjonali, l-impjegaturi, it-trejdjunjins, l-awtoritajiet lokali u l-istituzzjonijiet li jittrattaw l-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali, b’hekk jgħinu lill-organizzazzjonijiet sabiex jiksbu aktar waqt li jaħdmu flimkien.
 

Links relatati:

EURES-T Pannonia

Il-Ħajja u x-Xogħol fl-Ungerija

Il-Ħajja u x-Xogħol fl-Awstrija

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.