Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet1 Novembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Kif tagħmel netwerking jekk inti mistħi/ja

Jekk inti introvert, tista’ tħoss li huwa iktar faċli li tibqa’ tuża biss in-netwerking diġitali – iżda jekk inti kuraġġuż/a biżżejjed biex tiffaċċja “id-dinja reali”, allura se tibni fiduċja fik innifsek u se tispikka fid-dinja virtwali.

How to network if you’re shy
Shutterstock

Għal xi nies, l-idea ta’ netwerking – jiġifieri, li tagħmel kuntatti professjonali ġodda f’kuntest soċjali – hija xi ħaġa tal-biża, Jekk għandek personalità mistħija, il-fatt li tattendi attività u titkellem ma’ nies li ma tafx, bit-tama li dawn isiru kuntatt utli, hija ta’ preokkupazzjoni kbira. Aħna ġbarna flimkien xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk.

Netwerking informali

Jekk m’intix kunfidenti bin-netwerking formali, allura ibda l-kuntatt ma’ persuni li diġà taf. Jekk qed tfittex xogħol jew tixtieq tespandi n-netwerk tiegħek, tkellem ma’ ħbieb u ma’ tal-familja dwar is-sitwazzjoni tiegħek. Staqsihom jekk jafux lil xi ħadd li jaħdem fil-qasam tiegħek, u agħtihom il-business card tiegħek biex jgħadduha lill-ħbieb tal-ħbieb.

Meta tiltaqa’ ma’ nies ġodda waqt attivitajiet soċjali, semmi li qed tfittex xogħol. Qatt ma tista’ tkun taf lil min jafu u min se jattendi għar-riċeviment f’għeluq snin il-ħabib/a tiegħek jew lil min jafu sħabek il-footballers.

Netwerking formali: preparazzjoni

Jekk se tattendi attività ta’ netwerking formali, li tkun ippreparat/a tgħin.

L-ewwel, iddeċidi x’għan tixtieq tilħaq. Tixtieq issir taf iktar dwar kumpanija jew rwol f’xi impjieg partikolari, jew trid biss titkellem ma’ nies ġodda? Li tfakkar lilek innifsek x’inhu l-għan tiegħek jgħinek iżżomm l-affarijiet f’perspettiva dakinhar.

Ħu business cards miegħek, u pprattika xi frażijiet li inti tkun trid tgħid, li tkun tixtieq li dak li jkun jiftakar – xi ftit sentenzi li jistgħu jkunu ta’ introduzzjoni dwarek u dwar dak li tagħmel (jew dwar dak li qed tfittex).

Li tasal kmieni jista’ jgħin – jekk tasal hemm qabel kulħadd, ikollok ċans tirrilassa u tiffamiljarizza ruħek mal-ambjent.

Kif tibda konverżazzjoni

Jista’ jkun li tkun qed tikkunsidra li tħalli lill-persuni l-oħrajn jiġu jkellmuk. Iżda fin-netwerking din rarament hija kkunsidrata bħala mossa tajba. Hemm bżonn li tibda konverżazzjonijiet inti.

Qabel ma tmur fuq xi ħadd, ftakar li għandek titbissem. Persuni oħrajn normalment għandhom it-tendenza li jirriflettu l-espressjoni fuq wiċċ ħaddieħor, għalhekk jekk titkerraħ jew tidher inkwetat/a, se ġġiegħel lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Hemm iktar ċans li jkunu jixtiequ jitkellmu miegħek jekk jaraw li inti qed tieħu gost.

Biex tiddebutta fin-netwerking, fittex nies li jkunu qegħdin waħedhom, jew fi gruppi żgħar. Jekk kulħadd diġà qiegħed iparla, tippruvax tidħol ġo ċirku magħluq, fittex nies li qegħdin iħarsu madwarhom waqt li jkunu qegħdin ikellmu lil xulxin.

Meta tibda titkellem, tibdix b’diskors mal-ewwel. Kumment dwar is-sitwazzjoni komuni tagħkom għandu jaħdem tajjeb: “kif sirt taf dwar din l-attività?”, “għoġbitek il-preżentazzjoni?” jew tista’ tgħid ukoll, “dan l-ikel tassew tajjeb!”

Issa bdejt titkellem

Ħafna nies iħobbu jitkellmu dwarhom infushom, u jekk inti mistħi jew introvert, probabbli li inti persuna tajba biex tisma’ lil ħaddieħor. Għalhekk għamel użu minn dan għall-vantaġġ tiegħek: staqsi mistoqsijiet!

Barra l-mistoqsijiet ovvji dwar ix-xogħol, staqsi dwar interessi usa’ tagħhom; jistgħu jissorprenduk jekk isemmu xi passatempi interessanti, jew attivitajiet li huma bħal tiegħek. Jekk tibda’ titkellem magħhom dwar l-affarijiet li l-iktar għandhom għal qalbhom – speċjalment jekk tiftakar id-dettalji u tibbaża l-mistoqsijiet tiegħek fuqhom – hemm iktar ċans li se jiftakruk b’mod pożittiv.

Se tasal f’punt fejn huma, min-naħa tagħhom, jibdew jistaqsu dwarek. Issa huwa l-mument fejn tuża dawk il-frażijiet li inti tkun trid tgħid, li tkun tixtieq li dak li jkun jiftakar, u jekk possibbli, tabbinahom ma’ affarijiet li qalulek huma.

Ladarba tibda titkellem, jista’ jkun li jkollok it-tentazzjoni li ma titħallatx ma’ ħaddieħor. Iżda inti qiegħed/qiegħda hawn biex tibni netwerk, għaldaqstant staqsihom, “tafu lil xi ħaddieħor hawnhekk?” u ara jekk jistgħux jintroduċuk ma’ persuni ġodda.

Meta l-konverżazzjoni tintemm, taqbadx u tisparixxi! Tbissem u għidilhom li kien interessanti titkellem magħhom. Jekk tixtieq li terġa’ titkellem magħhom fil-futur, jew jekk hemm xi ħaġa li tixtieq li tkomplu tiddiskuti, offrilhom il-business card tiegħek jew itlobhom għal tagħhom.

Teħodhiex personali jekk ikun hemm min ma jkunx irid jitkellem miegħek. Ħafna nies, waqt attivitajiet ta’ networking ikunu qegħdin hemm għal skop partikolari, u jista’ jkun li inti ma tkunx taqa’ taħt il-kriterji li jkunu qegħdin ifittxu.

Segwitu

Wara xi attività, ikun ġentili min-naħa tiegħek li tirringrazzja lil min ospita l-attività, u lil min għaddielek l-istedina, billi tibgħat xi nota qasira jew email.

Jekk tkun tkellimt ma’ xi ħadd dwar affarijiet li tkun qrajt jew għamilt, u huma jkunu taw indikazzjoni li jkunu jixtiequ jsiru jafu aktar, ikkuntattjahom fi żmien ftit ġranet jew inkella żidhom man-netwerk LinkedIn tiegħek.

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.