Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet1 Novembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif għandek tħalli impressjoni tajba… fl-ewwel ġimagħtejn

Ma tagħmilx differenza jekk huwiex impjieg full-time, apprendistat vokazzjonali jew internship part-time – l-ewwel impressjoni hija dejjem importanti. Inkitbu ħafna artikli dwar kif wieħed għandu juża dawk l-ewwel ftit sekondi prezzjużi b'mod intelliġenti… allura aħna ħsibna li nagħtu ħarsa lejn l-ewwel ftit ġimgħat minflok. Wara kollox, jaf jgħaddi xi ftit taż-żmien qabel ma tissetilja fuq post tax-xogħol ġdid u tibda tħossok kunfidenti!

How to make a good first impression… within the first two weeks
EURES

Kun fil-ħin

Il-puntwalità hija fattur importanti fuq il-post tax-xogħol. U aħna mhux biss qegħdin nitkellmu dwar li tasal kuljum fil-ħin (għalkemm dan huwa definittivament essenzjali biex tħalli impressjoni tajba!); li tlesti x-xogħol fil-ħin huwa daqstant importanti. X’aktarx, fl-ewwel ftit ġimgħat tiegħek mhux ser ikollok wisq kompiti urġenti, iżda li tlesti malajr il-kompiti li ser tingħata ser jgħin lill-kollegi ġodda tiegħek biex jirrikonoxxu l-valur u l-kapaċitajiet tiegħek.

Ilbes pulit

Le, m’aħniex qegħdin ngħidu li kulħadd għandu jilbes suit – f’xi każijiet dan jista’ ma jħallix impressjoni daqshekk tajba! Iżda kulħadd għandu jagħżel l-ilbies tiegħu b’mod intelliġenti. Jekk ser toqgħod fuq saqajk il-ġurnata kollha, tilbisx żarbun li mhuwiex komdu. Jekk ser tinteraġixxi ma’ klijenti, tilbisx ħwejjeġ casual. Jekk ser tagħmel xi tip ta’ xogħol attiv jew manwali, tilbisx l-aħjar ħwejjeġ li għandek. Għalkemm dawn huma pariri ovvji, huwa sorprendenti l-għadd ta’ persuni li ma jsegwuhomx. Jekk inti m’intix ċert dwar x’tinvolvi s-sitwazzjoni, għaliex ma tistaqsix dwarha minn qabel? U hekk kif tibda tqatta’ aktar ħin fuq il-post tax-xogħol tiegħek, malajr ser titgħallem x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin.

Involvi ruħek

Li turi rieda li tinvolvi ruħek huwa ċertament mod tajjeb ta’ kif turi l-entużjażmu u l-impenn tiegħek. Huwa komuni li fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ impjieg ġdid ikun hemm perjodi li fihom ma tantx ikun hemm xogħol u għalhekk, jekk issib ruħek f’din is-sitwazzjoni, għaliex ma taħtafx l-opportunità u tistaqsi jekk tistax tgħin f’xi ħaġa? Fejn tista’, idħol għall-kompiti b’ruħek u b’ġismek – anke jekk dawn ma jkunux uffiċjalment elenkati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tiegħek – u ibqa’ ċert/a li tħalli impressjoni tajba ħafna fuq il-kollegi ġodda tiegħek.

Staqsi mistoqsijiet

L-ewwel ftit ġimgħat fuq post tax-xogħol ġdid – proprjament, l-ewwel ftit xhur – jinvolvu ħafna tagħlim. Filwaqt li ħafna minn dan ser tiksbu mix-xogħol li tingħata jew mill-kollegi tiegħek, dejjem hemm raġuni għaliex għandek titgħallem aktar. Il-fatt li tistaqsi l-mistoqsijiet juri li inti turi interess u jirrinforza dik ir-rieda u l-ħeġġa li titgħallem. Forsi inti tixtieq titgħallem aktar dwar suġġett partikolari. Forsi inti kurjuż/a dwar xi ħaġa li smajt jew qrajt. Għaliex ma taqtax il-kurżità li għandek u tistaqsi?

Kellem lit-tim tiegħek

X’aktarx, il-kollegi tiegħek ser ikunu taħlita ta’ persuni interessanti, bi sfondi u b'tipi ta’ personalità varji. Mil-lum ‘il quddiem, inti ser tibda tqatta’ ħafna aktar ħin magħhom, allura jagħmel sens li ssir tafhom xi ftit – u min-naħa l-oħra, li huma jsiru jafu lilek. Għaliex ma tistaqsihomx biex tmorru tieħdu kafè jew tmorru tieklu f’nofsinhar? Ambjent aktar informali jista’ jkun mod tajjeb ta’ kif issir tafhom aktar u tibda tibni relazzjonijiet mat-tim tiegħek.

Sabiex tibda l-ewwel fażi fuq post tax-xogħol ġdid, inti l-ewwel għandek tipperfezzjona s-CV tiegħek u teċċella fl-intervista tiegħek. Fortunatament, aħna għandna xi pariri tajbin biex tibda t-triq tas-suċċess!

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Midja soċjali
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.