Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet29 Settembru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kif issib impjieg staġonali

L-impjiegi staġonali huma mod tajjeb ħafna biex tagħmel ftit flus żejda. Ħafna studenti u żgħażagħ jibdew impjieg matul il-vaganzi tax-xitwa biex jiffinanzjaw l-istudji tagħhom jew biex jaqilgħu xi ftit introjtu addizzjonali. Dawn huma xi ftit suġġerimenti biex jgħinuk issib l-impjieg staġonali li jmiss tiegħek.

How to land a seasonal job

Applika kmieni

Il-parti l-kbira tal-kumpaniji jibdew jirreklutaw xhur qabel il-bidu tal-istaġun tax-xitwa. Dan jippermettilhom jagħżlu l-persuni t-tajba u jħarrġuhom jekk dan ikun meħtieġ. Għaldaqstant aċċerta ruħek li tikkuntattja lill-impjegatur kmieni, u tistenniex sal-aħħar jum tal-iskadenza tal-applikazzjoni.

Kun professjonali

Għalik dan jista’ jkun “biss impjieg għal matul il-vaganzi tax-xitwa”, iżda mill-perspettiva tal-impjegatur inti investiment importanti fin-negozju tagħhom. Uri lill-impjegatur tiegħek li qed tieħu din l-intervista tax-xogħol bis-serjetà. Irrispettivament minn jekk l-intervista tkunx online jew le, ilbes pulit, kun fil-ħin, u uri lill-intervistatur li tapprezza l-opportunità li qed joffrulek.

Kun flessibbli

L-impjegaturi ta’ spiss jimpjegaw ħaddiema staġonali għal matul il-perjodi beżlin għan-negozji tagħhom. Dan ifisser li ta’ spiss il-ħaddiema staġonali jistgħu jintalbu jaħdmu sigħat strambi jew iwettqu dmirijiet li inizjalment ma kinux fid-deskrizzjoni tal-impjieg tagħhom. Kwalità importanti li l-impjegaturi tal-ħaddiema staġonali jfittxu hija l-flessibbiltà. Kun ċert(a) li tenfasizza din il-ħila fis-CV tiegħek u matul l-intervista.

Ikkunsidra l-impjegaturi tal-passat

Jekk fil-passat kellek impjiegi staġonali u kont kuntent(a) bl-impjegaturi tal-passat tiegħek, ikkunsidra li tikkuntattjahom direttament. Il-parti l-kbira tal-impjegaturi jippreferi jirreklutaw lil xi ħadd li diġà huwa familjari mar-rwol tal-impjieg u li ftit li xejn jeħtieġ gwida u taħriġ.

Agħmel ir-riċerka tiegħek

Qabel l-intervista tal-impjieg, ħu l-ħin biex taqra dwar x’tagħmel il-kumpanija u tgħallem aktar dwar il-prodotti li se tkun involut(a) fihom. Dan se juri lill-intervistatur li inti jimpurtak minn dan l-impjieg u li qed tieħu din l-opportunità bis-serjetà.

Ikkuntattja lill-Konsulenti tal-EURES

B’aktar minn 3 miljum impjieg madwar l-Ewropa kollha, il-portal tal-EURES huwa l-aħjar post biex tibda tfittex l-impjieg staġonali li jmiss tiegħek. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Konsulenti tal-EURES li jistgħu jgħinuk tidentifika l-karatteristiċi b’saħħithom u l-interessi tiegħek, u jappoġġawk fit-tiftix u fl-applikazzjoni għal impjiegi.

Sib Konsulent tal-EURES fir-reġjun tiegħek jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EUREStiegħek permezz taċ-chat.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Fittex Konsulenti tal-EURES

Chat mal-Konsulenti tal-EURES

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.