Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Novembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kif tindirizza feedback negattiv fuq il-post tax-xogħol

Qatt mhu faċli meta wieħed jiġi kkritikat fuq il-post tax-xogħol, anki jekk dan isir b’mod kostruttiv. Madankollu, għalkemm dan jaf ma jdoqqx għal widnejk, fl-aħħar mill-aħħar il-kritika se tgħinek titjieb. Dawn huma l-aħjar suġġerimenti tagħna biex tindirizza l-kritika fuq il-post tax-xogħol b’mod pożittiv.

How to handle negative feedback in the workplace
© Shutterstock

Tħallix l-emozzjonijiet tiegħek jegħlbuk

Sew jekk ġej mill-imgħallem tiegħek, minn kollega, klijent jew xi ħadd ieħor, jaf tħossha diffiċli biex tindirizza feedback negattiv. Ir-reazzjoni inizjali tiegħek x’aktarx li ma tkunx ir-reazzjoni l-aktar razzjonali, b’mod partikolari jekk il-feedback ma jkunx mistenni. Huwa importanti li tieħu ftit tal-ħin biex tikkalma, tivvaluta s-sitwazzjoni u taħseb qabel ma tirreaġixxi. Tiħux il-kummenti negattivi fuq il-post tax-xogħol b’mod personali; huma biss kritika għal xogħlok u rarament ikunu riflessjoni tiegħek bħala persuna.

Isma’ u involvi ruħek

Anki jekk forsi ma taqbilx mal-kummenti tagħhom, il-feedback kostruttiv huwa mod tajjeb biex issir taf kif ħaddieħor jara l-azzjonijiet tiegħek fuq il-post tax-xogħol u jista’ jgħinek tlaħħaq aħjar mal-aspettattivi. Huwa importanti li tisma’ dak li l-imgħallem, il-kollega jew il-klijent tiegħek għandhom x’jgħidu u li tinvolvi ruħek b’mod pożittiv. Ħalli lill-persuna tikkondividi miegħek il-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni mingħajr ma twaqqafha. Meta tkun lesta, irrepeti dak li fhimt. Jekk hemm xi ħaġa li m’intix ċert dwarha, staqsi għal spjegazzjoni aħjar mingħajr ma twassal jew targumenta l-fehma tiegħek.

Ħu xi ħaġa mill-kummenti

Tgħallem kif tikklassifa l-kritika u ddeċiedi xi trid tieħu minnha. Jekk il-feedback jingħatalek bil-fomm, hija idea tajba li tieħu nota ta’ dak li ntqal f’każ li tkun trid terġa' tirreferi għalih. Ikkunsidra x’jistgħu jkunu l-passi li jmiss tiegħek biex tevita li terġa’ tingħata l-istess feedback fil-futur. Pereżempju, jista’ jkun li tkun trid tagħmel lista ta’ punti ta’ x’tista’ ttejjeb sabiex tkun tista’ ssegwi l-progress tiegħek. Għal kwistjonijiet aktar serji, jew jekk il-feedback ikun ġej mill-imgħallem tiegħek, jaf tkun trid tagħmel laqgħa ta’ segwitu biex tirrifletti dwar kif indirizzajt il-feedback tagħhom.

Kun edukat

Huwa probabbli ħafna li l-persuna jkollha intenzjonijiet tajba u qed tipprova tgħinek bil-feedback li ttik. Irringrazzja lill-persuna għall-feedback tagħha — irrikonoxxi l-isforz li għamlet u għidilha li tapprezza l-onestà tagħha. Billi tirreaġixxi b’mod pożittiv u turi li lest tisma’ feedback kostruttiv, tkun qed turi li inti impjegat professjonali u reżiljenti, u l-imgħallem, il-kollega jew il-klijent tiegħek x’aktarx li jirrispettawk aktar għal dan.

Tkunx kattiv wisq miegħek innifsek

Mhux ta’ min tkompli tagħti t-tort lilek innifsek għal żball li għamilt jew għal sitwazzjoni li stajt indirizzajt aħjar. Ftakar li ħadd mhu perfett. Filwaqt li huwa importanti li tkun konxju tad-dgħufijiet tiegħek, tinsiex dak li inti tajjeb fih u dak li ksibt. Kun kburi b’dak li tagħmel tajjeb, u pprova toqgħodx thewden wisq fuq l-iżbalji tiegħek jew tħallihom iħallu impatt negattiv fuq il-fiduċja tiegħek. Ladarba tkun ikkunsidrajt il-feedback biżżejjed u rriflettejt fuq kif tista’ tindirizza s-sitwazzjoni b’mod differenti d-darba li jmiss, ikun wasal iż-żmien li timxi ’l quddiem.

Nittamaw li dawn is-suġġerimenti jgħinuk tindirizza l-feedback negattiv fuq il-post tax-xogħol u tilħaq il-potenzjal professjonali kollu tiegħek!

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.