
Hawnhekk għandek issib xi punti dwar kif għandek iżżomm l-irtirar f'moħħok.
Se tiċċaqlaq għal impjieg? Irreġistra mal-pajjiż il-ġdid ta' residenza tiegħek.
Jekk tiċċaqlaq minn pajjiż tal-UE għal ieħor għal impjieg ġdid, kun ċert li tirreġistra mal-pajjiż il-ġdid ta' residenza tiegħek mill-aktar fis possibbli sabiex tkun tista' tieħu l-benefiċċji li inti intitolat/a għalihom ladarba tilħaq l-età tal-irtirar. Ftakar li s-sistemi ta' benefiċċji jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor, għalhekk iċċekkja d-drittijiet tiegħek tas-sigurtà soċjali meta tasal.
Lest biex tirtira? Ibda l-proċess mal-pajjiż ta' residenza tiegħek
Jekk inti ħdimt fi tliet pajjiżi tal-UE matul dawn l-aħħar għaxar snin, u inti tikkwalifika għall-pensjonijiet tal-istat fit-tlieta li huma, inti għandek tapplika għal dawk il-pensjonijiet fil-pajjiż li ħdimt fih l-aktar reċentament. Dak il-pajjiż imbagħad jikkoordina maż-żewġ pajjiżi l-oħra biex jiżgura li inti tieħu l-pensjonijiet kollha li inti intitolat għalihom.
Il-pensjonijiet tiegħi kif jiġu kkalkulati?
Wara li l-awtorità xierqa fil-pajjiż ospitanti tiegħek tkun ipproċessat it-talba tiegħek għal bosta pensjonijiet, inti se tirċievi jew dawk il-pensjonijiet kollha jew il-pensjoni nazzjonali tal-pajjiż ospitanti tiegħek, skont liema tkun l-ogħla. Anke jekk inti ma ħdimtx biżżejjed f'pajjiż wieħed sabiex tikkwalifika għall-benefiċċji tal-pensjoni, inti xorta waħda tista' tirċievi pensjoni prorata minn dak il-pajjiż. Dan huwa minħabba li l-pensjonijiet jiġu kkalkulati abbażi tal-ammont totali ta' żmien li inti ħdimt fl-UE.
Se tirtira f'pajjiż ġdid? Applika fejn ħdimt l-aktar reċentament.
Jekk inti se tirtira barra pajjiżek f'pajjiż ġdid tal-UE, ibda l-proċess tat-talba għall-pensjonijiet tiegħek mal-aġenzija tal-gvern rilevanti fil-pajjiż fejn inti ħdimt l-aktar reċentament.
Xi jsir rigward it-taxxi tal-pensjonijiet?
Jekk inti rtirajt f'pajjiż ġdid tal-UE u tqatta' aktar minn nofs ta' kull sena fil-pajjiż tal-irtirar tiegħek, dak il-pajjiż jista' jqisek bħala resident fiskali. Jekk dan huwa l-każ, inti jista' jkollok tħallas taxxa fuq pensjonijiet li inti tirċievi minn pajjiżi oħrajn. Ivverifika l-ftehim dwar it-taxxa doppja biex tkun ċert.
Xi jsir rigward il-kontijiet tal-irtirar supplimentari?
Il-benefiċċji tal-irtirar supplimentari jvarjaw mill-pensjonijiet tal-istat fis-sens li normalment jingħataw minn impjegatur u jiġu amministrati minn kumpanija privata. Jekk inti għandek pensjoni supplimentari f'pajjiż wieħed imbagħad tmur toqgħod f'pajjiż ieħor, inti jkollok l-istess drittijiet li titlob dik il-pensjoni supplimentari daqslikieku qatt ma ħallejt l-ewwel pajjiż.
Għal aktar informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tat-taxxa u tal-pensjoni li tista' taffettwak, kellem lill-aġenzija rilevanti fil-pajjiż ta' residenza tiegħek. U jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa kollha, kellem lill-Konsulent tal-EURES qrib tiegħek.
Links relatati:
Uffiċċju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
L-Ewropa tiegħek – Xogħol barra pajjiżek
L-Ewropa tiegħek – Kopertura tas-sigurtà soċjali barra minn pajjiżek
L-Ewropa tiegħek – Il-pensjonijiet tal-istat barra mill-pajjiż
L-Ewropa tiegħek – Kuntatti nazzjonali għal meta tapplika għall-pensjonijiet
L-Ewropa tiegħek – L-irtirar barra pajjiżek
L-Ewropa tiegħek – Il-pensjonijiet supplimentari barra pajjiżek
L-Ewropa tiegħek – Taxxa doppja fuq il-pensjonijiet
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Novembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles