Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet25 Frar 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif l-impjegaturi jistgħu jindirizzaw l-iżbilanċ bejn il-ġeneri maħluq mill-COVID-19

COVID-19 ħaffef b’mod sinifikanti t-tranżizzjoni lejn xogħol flessibbli. Biex jadattaw għan-“normal il-ġdid”, bosta impjegaturi qed jagħmlu tibdiliet fit-tul fl-istrateġiji tagħhom fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, huwa importanti li jikkunsidraw ukoll kif il-mudell futur tagħhom fuq il-post tax-xogħol se jaffettwa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

How employers can address the gender imbalance created by COVID-19
Shutterstock

 

Skont rapport riċenti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, in-nisa li jagħmlu xogħol imħallas mid-dar huma aktar probabbli mill-irġiel li jieħdu ħsieb it-tfal jew membri oħra tal-familja matul il-ħinijiet tax-xogħol. B’riżultat ta’ dan, in-nisa jagħmlu inqas sigħat ta’ xogħol imħallas mingħajr interruzzjoni mill-irġiel.

Il-fatt li jiġu offruti soluzzjonijiet flessibbli tax-xogħol jista’ jtejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-impjegati nisa, iżda jista’ jirriżulta wkoll f’uffiċċji li jsiru dominati mill-irġiel. Post tax-xogħol bi żbilanċ sinifikanti bejn il-ġeneri jista’ jkollu impatt negattiv fuq id-dinamiċi soċjali tal-interazzjonijiet tat-tim. Jista’ jaffettwa wkoll min jieħu liem xogħol u leħen min “jinstema'” - impjegati li jqattgħu aktar ħin fl-uffiċċju jaf jiġu ttrattati mill-maniġers tagħhom b’mod aktar favorevoli minn dawk li jaħdmu mid-dar.

Hekk kif qed jitfaċċaw aktar mudelli ta’ ħidma mħallta, in-negozji jeħtieġ li jieħdu passi proattivi biex jiġġestixxu dan. Hawn taħt ippreparajna xi ftit suġġerimenti li l-impjegaturi jistgħu jsegwu biex jibnu bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol.

Ix-xogħol flessibbli huwa għal kulħadd

Ħalli lill-impjegati tiegħek ikunu jafu li x-xogħol flessibbli huwa għal kulħadd, irrelevanti mill-ġeneru, l-età jew ir-responsabbiltajiet ta’ kura. Politika ċar dwar l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli tal-kumpanija tiegħek għandhom jgħinu jnaqqsu l-inugwaljanzi.

L-impjegati anzjani jistgħu jservu bħala eżempju

Għad hemm kunċett żbaljat komuni li x-xogħol mill-uffiċċju għandu valur akbar mix-xogħol mid-dar. Ħalli lill-impjegati tiegħek jaraw li anke l-aktar rwoli importanti jistgħu jsiru b’mod flessibbli u inkoraġġixxi lill-impjegati anzjani tiegħek biex jaħdmu mid-dar.

Kejjel il-preferenzi tal-impjegati tiegħek

Bosta kumpaniji jwettqu stħarriġ mal-impjegati tagħhom biex jakkomodaw preferenzi u ċirkostanzi individwali. Din hija opportunità tajba biex jiġi mmonitorjat il-bilanċ bejn il-ġeneri ta’ dawk li jixtiequ jiġu lura fl-uffiċċju.

Ħarreġ lill-maniġers tiegħek

Għal bosta kapijiet, il-ġestjoni ta’ timijiet ta’ persuni bbażati f’postijiet differenti għadha xi ħaġa ġdida u ta’ sfida. Kun żgur li l-maniġers tiegħek għandhom il-ħiliet u l-għodod meħtieġa biex jimmaniġġjaw it-timijiet f’mudell ta’ ħidma imħallat.

Żomm il-kanali tal-komunikazzjoni miftuħa

Iż-żamma ta’ komunikazzjoni konsistenti mal-impjegati kollha, irrespettivament minn fejn jinsabu, hija essenzjali. Aċċerta ruħek li dawk li għażlu li jaħdmu mid-dar jiġu ttrattati bħala parti ċentrali tat-tim u jinżammu infurmati dwar l-iżviluppi kollha fil-kumpanija.

Ibqa’ flessibbli

Għadu diffiċli li wieħed ibassar kif il-pandemija kontinwa tal-COVID-10 se taffettwana fil-futur, għaldaqstant huwa probabbli li l-ħtiġijiet tal-impjegati tiegħek se jinbidlu. Immonitorja dawn il-bidliet bi stħarriġiet perjodiċi u aċċerta ruħek li l-politiki tal-kumpanija tiegħek ikunu f’konformità mal-għanijiet ta’ diversità u inklużjoni tagħha.

X’inhu l-aħjar mod biex ħaddiema internazzjonali ġodda jiġu integrati fl-organizzazzjoni tiegħek mill-bogħod? Għandna xi ftit suġġerimenti prattiċi biex ngħinuk.

 

Links relatati:

Il-kriżi tal-COVID-19 kif se taffettwa d-diviżjonijiet eżistenti bejn il-ġeneri fl-Ewropa?

Suġġerimenti ewlenin għall-onboarding ta’ impjegati internazzjonali ġodda

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.