Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Settembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif toħloq profil perfett fuq LinkedIn

LinkedIn jintuża b’mod regolari minn 90% ta’ min jirrekluta u issa għandu aktar minn 610 miljun membru, u b’hekk huwa l-post ideali biex jinstabu l-impjiegi u jsir l-kuntatti professjonali. F’dan l-artiklu, se nagħtuk xi pariri biex toħloq profil sħiħ fuq LinkedIn.

How to create the perfect LinkedIn profile
EURES

Tella’ ritratt tal-profil tiegħek

Skont LinkedIn, profil b’ritratt jarawh 21 darba iktar minn profil mingħajr ritratt, kif ukoll ikollu 9 darbiet aktar talbiet għal konnessjoni. Aċċerta ruħek li l-profil tiegħek huwa professjonali — żommu aġġornat, ilbes pulit, evita sfond mimli jew ritratti ta’ grupp li jkunu bl-uċuh/bin-nies maqtugħin, u kun ċert li wiċċek ikun l-attrazzjoni ewlenija! Tagħmilx stessi. U fl-aħħar nett, tbissem. Trid tidher professjonali, iżda fl-istess ħin aċċessibbli.

Imla l-profil tiegħek

Imla l-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-profil tiegħek kemm tista'. Aktar ma tinkludi informazzjoni rilevanti, ikun eħfef biex min ikun irid jirreklutak isibek. LinkedIn jinkludi aspett, li hu ferm ta’ għajnuna, li jkejjel il-kompletezza tal-profil tiegħek, u jissuġġerixxi oqsma li għandhom jiġu estiżi u mtejba.

Żommu aġġornat

Profil inattiv u skadut fuq LinkedIn jista’ fil-fatt ikun kontroproduttiv. Żomm tiegħek aġġornat b’esperjenza tax-xogħol rilevanti, ir-rwoli professjonali u l-kwalifiki li għandek, kif ukoll ritratt riċenti tiegħek u indikazzjoni tat-tip ta’ rwol li qed tfittex. Qed tbigħ lilek innifsek bħala persuna, mhux biss il-ħiliet tiegħek - immaġinak qed titkellem ma’ xi ħadd, u ikteb fl-ewwel persuna. Dan jgħinek titkellem dwar il-ħiliet personali tiegħek.

Idħol fil-gruppi

LinkedIn mhux talli huwa utli biex toħloq kuntatt ma’ persuni individwali, iżda jippermettilek ukoll tfittex u tingħaqad fi gruppi. Dan jista’ jvarja minn gruppi ta’ alumni tal-iskola u tal-università, għal gruppi ddedikati għal sengħa jew professjoni partikolari. Li tagħmel kuntatti fil-qasam li tkun interessat fih, b’mod partikolari man-nies li tkun taf personalment u li potenzjalment jistgħu jagħmlulek referenza, hija ta’ valur kbir meta tfittex impjieg. Wara kollox, huwa stmat li 70 % tal-impjiegi ma jiġux reklamati! Il-kuntatti personali jistgħu jkunu kruċjali biex isiru jafu bik u tiġi ssuġġerit għal ċerti rwoli.

Inkludi biss l-esperjenza ta’ xogħol rilevanti

Jekk fis-CV għandek żmien twil ta’ esperjenza ta’ xogħol, inkludi biss affarijiet rilevanti għar-rwol li tixtieq. Jekk għandek problema bil-maqlub, u tħoss li għandek nuqqas ta’ esperjenza rilevanti, ipprova u uri kif kwalunkwe esperjenza li GĦANDEK tista’ tgħinek fi rwol ġdid. X’ħiliet ġodda ggwadanjajt? Kien hemm xi esperjenzi b’mod partikolari li għenuk titgħallem ħafna? L-aktar importanti, kif timplimenta l-esperjenza u l-għarfien li ksibt fir-rwol mixtieq tiegħek?

Niżżel il-kliem ewlieni u t-termini tat-tfittxija fit-taqsima “Ħiliet” (skills) tiegħek

Il-kliem li tinkludi fit-taqsima tal-ħiliet tiegħek jaġixxu bħala kliem ewlieni. Meta kumpanija li trid timpjega tfittex għal dawn il-kliem fuq LinkedIn, jitla’ l-profil tiegħek. Tista’ tinkludi sa 50 ħila fuq il-profil tiegħek, għalhekk dan jagħtik opportunità kbira li timmassimizza l-probabbiltà li l-profil tiegħek jidher fir-riżultati. Biex isir użu akbar minn din il-karatteristika, itlob lil dawk li jkunu għamlu kuntatt miegħek biex japprovaw il-ħiliet tiegħek billi sempliċement jaġġornaw l-istatus, u forsi int toffri li tagħmel l-istess għalihom. Dan iżid il-kredibbiltà lill-profil tiegħek.

Agħżel int ma’ min tagħmel kuntatt

Li jkollok eluf ta’ kuntatti, minkejja dak li taħseb, mhux se ttejjeb il-profil tiegħek. Dan inaqqas biss il-kredibbiltà tagħha, u jagħmilha aktar diffiċli għalik biex tiffiltra l-posts u l-opportunitajiet rilevanti minn dawk irrilevanti. Ibda billi tikkuntattja lil dawk li ħdimt magħhom, jew qed taħdem magħhom. Imbagħad, ikkuntattja ħbieb u membri tal-familja li jaħdmu f’oqsma rilevanti għall-perkors magħżul tal-karriera tiegħek. Fl-aħħar nett, sib nies li jinsabu fi rwoli ta’ xogħol li tista’ tfittex fil-futur, u ibgħatilhom talba personalizzata, bl-ispjega għaliex għażilt li tagħmel kuntatt magħhom b’mod partikolari.

Nittamaw li dawn l-ideat jgħinuk tibni profil ta’ LinkedIn  mistħoqq li jwasslek biex twettaq il-ħolma tiegħek!

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.


Links relatati:

LinkedIn

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.