Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Ottubru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kif il-COVID-19 biddel ir-reklutaġġ b’mod fundamentali

Bir-rati tat-tilqim kontra l-COVID-19 li qed jiżdiedu b’mod kostanti, l-Ewropa ftit ftit qed terġa’ tqum fuq saqajha. Madankollu, il-pandemija biddlet id-dinja tax-xogħol b’mod drastiku, b’mod partikolari r-reklutaġġ u t-tfittix tal-ħaddiema. Dawn huma xi wħud mill-bidliet li naħsbu li se jibqgħu magħna.

How COVID-19 has fundamentally changed recruitment
EURES

L-intervisti virtwali tax-xogħol huma n-normal il-ġdid.

Qabel il-pandemija, ħafna kumpaniji kienu jużaw intervisti virtwali tax-xogħol biss bħala l-aħħar alternattiva. L-intervisti wiċċ imb wiċċ kienu kkunsidrati n-norma sal-punt li min jirrekluta kien jippreferi jiskeda mill-ġdid jew jikkanċella intervista milli jagħmilha online. Illum il-ġurnata, ħafna impjegaturi jirrealizzaw li r-reklutaġġ virtwali mhuwiex biss aktar effiċjenti - huwa t-triq tal-ġejjieni. L-intervisti online tax-xogħol (jew intervisti li jinkorporaw elementi virtwali) jiffrankaw il-ħin u l-flus kemm għall-impjegatur kif ukoll għall-kandidat, u jippermettu li jkun hemm proċess rapidu u effettiv ta’ reklutaġġ.

Il-post m’għadux fattur deċiżiv

B’ħafna negozji li qed jadottaw politiki ta’ xogħol flessibbli, min jirrekluta m'għadux limitat mill-post tal-kumpanija. L-aġenti ta’ tfittix issa għandhom aċċess għal grupp ħafna usa’ ta’ kandidati. Minn naħa, dan ifisser li aktar persuni li qed ifittxu impjieg qed jikkompetu għall-istess kariga, iżda min-naħa l-oħra, dan jippermetti li min jirrekluta jsib l-aħjar reklutaġġ għall-impjegatur.

Hemm bidla fid-domanda fis-suq tax-xogħol

L-inċertezza kkawżata mill-pandemija wasslet biex in-nies joqogħdu lura milli jaħdmu f’kumpaniji inqas stabbiliti jew f’setturi b’riskju għoli. L-applikanti issa huma aktar probabbli li japplikaw għal impjiegi f’kumpaniji akbar u aktar stabbiliti li jistgħu jipprovdu sigurtà tal-impjieg. Barra minn hekk, għalkemm il-COVID-19 kien devastanti f’xi setturi, bħall-ospitalità u d-divertiment, kien ta’ benefiċċju kbir għal oħrajn, bħall-IT, li raw ukoll żieda fl-interess mill-applikanti.

Hemm bżonn li l-kumpaniji jimpressjonaw lil dawk li qed ifittxu impjieg

Hekk kif in-negozji qed jirkupraw bil-mod mill-pandemija, huma reġgħu bdew jirreklutaw, u dan ifisser li l-kandidati għandhom aktar għażliet fit-tfittxija tagħhom għal impjieg. Sabiex il-kumpaniji jispikkaw, issa jridu “jbiegħu” b’mod attiv lilhom infushom lil dawk li qed ifittxu impjieg billi joffru vantaġġi rilevanti, bħal xogħol flessibbli, pakketti tas-saħħa u tal-benesseri, u politiki għal-liv tal-mard għal meta l-impjegati jkollhom bżonn iduru b’xi membru tal-familja li jkun marid. Ix-xogħol mill-bogħod se jibqa’ magħna, u l-impjegaturi ma jistgħux jibqgħu jserrħu fuq uffiċċju sabiħ jew kamra ta’ rikreazzjoni mhux tas-soltu biex jattiraw lil dawk li qed ifittxu impjieg - minflok iridu juru kif se jieħdu ħsieb lill-persunal tagħhom.

Il-COVID-19 wassal għal bidla fit-tip ta’ ħiliet li l-kumpaniji qed ifittxu fl-applikanti. Huwa għalhekk li ħejjejna ftit Mistoqsijiet dwar il-COVID-19 biex ngħinu lill-impjegaturi jagħżlu l-kandidat perfett.
 

Links relatati:

L-aqwa disa’ mistoqsijiet dwar il-COVID-19 li l-impjegaturi għandhom jistaqsu lill-kandidati waqt l-intervisti tax-xogħol

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Il-Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

 Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.