
Hemm bosta benefiċċji ta’ internship jew apprendistat, iżda jekk qed tittama li din twassal għal impjieg full-time mal-impjegatur tiegħek, jeħtieġ li tibda taħseb ta’ impjegat.
Stabbilixxi għanijiet ċari
Meta tapplika għal internship, ser ikollok għanijiet personali u professjonali. Iżda ta’ min toħloq ftit miri bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-kumpanija wkoll. Għalhekk, fil-konverżazzjonijiet inizjali mas-superviżur tiegħek, tibżax tistaqsi eżattament x’qed jistennew minnek, u tibdel din l-informazzjoni f’“lista ta’ kompiti” sakemm iddum hemm. Li jkollok għanijiet ċari ser jgħinek tiffoka – u li tiksibhom ser jagħtik lista ta’ kisbiet li jimpressjonaw lill-imgħallem tiegħek meta tispiċċa l-kollokament tiegħek.
Aħseb dwar il-ħtiġijiet tal-impjegaturi tiegħek
Iva, qed tagħmel internship biex tavvanza l-karriera tiegħek, iżda x’jeħtieġu l-impjegaturi tiegħek? X'qed ifittxu li jiksbu l-maniġers tiegħek, u għaliex qed jaħdmu b'dan il-mod? Jekk tista’ tasal għal xi jfisser “suċċess” għal dawk f’pożizzjoni ogħla fl-organizzazzjoni, u tallinja l-mod ta’ kif taħseb dwar ix-xogħol tiegħek mal-għanijiet tan-negozju tagħhom, ser timxi ħafna.
Kun lest biex tagħmel xogħol menjali
Għalkemm li tħares lejn l-istampa kollha u li taħseb dwar fejn tista’ żżid valur huwa importanti, dejjem ser ikun hemm xogħol ta’ livell baxx li jrid jsir. U, bħala l-intern, x’aktarx int ser tintalab tagħmlu! Iżda jekk turi li tista’ tagħmel xogħlijiet menjali wkoll, ser tibni reputazzjoni tajba. Jekk taf tlesti saħanistra l-aktar kompiti bażiċi b’entużjażmu u attenzjoni, aktarx ser tiġi fdat b’xogħol aktar interessanti fil-futur.
Agħmel sforz biex tintegra
X’jilbsu n-nies fl-uffiċċju? Kemm jitkellmu ma’ xulxin b’mod formali – jew informali? Kemm titqies twila żżejjed waqfa għal kafe? Kull uffiċċju għandu l-kultura tiegħu, iżda jekk tista’ tasal għal liema huma r-regoli mhux miktuba, u ssegwihom, ser tibda tintegra. U aktar kemm tintegra faċilment, aktar hemm probabbiltà li n-nies ser iqisuk bħala kollega aktar milli “l-intern”.
Għidilhom li tixtieq tibqa’
Mhux dejjem ikun ovvju li xi ħadd fuq internship jixtieq jibqa’ u jagħmlu impjieg full-time. Għalhekk, għamilha ovvja! Meta titkellem mas-superviżur tiegħek, kun dirett dwar il-fatt li tara din l-internship bħala l-bidu ta’ relazzjoni twila, u staqsi x’tista’ tagħmel biex tisfruttaha bl-aħjar mod. Dawn jistgħu jissorprenduk billi jagħtuk idea aħjar ta’ x’inhuma l-pjanijiet fit-tul tagħhom u kif int tista’ tidħol fihom.
Osserva u għin lil ħaddieħor
Il-kollega tiegħek dejjem jiffajlja l-karti meta jista’ jkun qed jagħmel xogħol aktar importanti? Tista’ toffri li tagħmlu int? Jekk tosserva biżżejjed biex tinnota fejn tista’ tagħmel il-ħajja ta’ xi ħadd iktar faċli billi tagħmel ammont żgħir ta’ xogħol amministrattiv – u tagħmlu tajjeb – dawn mhux se jinsewk. Karatteristiċi bħall-empatija u t-tjubija jafu ma jidhrux fil-biċċa l-kbira tad-deskrizzjonijiet tal-impjiegi, iżda huma apprezzati fl-ambjent tal-uffiċċju.
Staqsi mistoqsijiet... b’mod xieraq
Tibżax tistaqsi mistoqsijiet dwar ix-xogħol tan-nies, speċjalment jekk juru li jriduk tifhem l-industrija jew is-settur aħjar. Iżda kun ċert li tifhem ta’ madwarek. Tinterrompix xogħol jew laqgħat – sib ħin fejn in-nies ma jkunux imħabbtin wisq, u dejjem staqsi jekk huwiex ħin tajjeb biex titkellem. U fuq nota relatata...
Uri l-apprezzament tiegħek
Dejjem irringrazzja lin-nies ta’ ħinhom, speċjalment jekk ħadu waqfa mix-xogħol biex joffrulek parir jew informazzjoni. Fi tmiem l-internship tiegħek, tista’ wkoll tħalli lill-impjegaturi tiegħek kartolina jew nota biex tirringrazzjahom tal-esperjenza... u tfakkarhom dwar id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek f’każ li jkun hemm opportunità ta’ impjieg full-time.
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Portal tal-EURES
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 22 Lulju 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles