Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet27 Marzu 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kiftkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar

Jista’ jkun diffiċli li tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem minn post differenti, iżda aħna għandna erba’ suġġerimenti ewlenin biex nibqgħu ffukati!

How to be productive when you’re working from home
Shutterstock

Żomm rutina

Huwa importanti li tagħmel allarm, tilbes u ssegwi r-rutina normali tiegħek meta tkun qed taħdem lil hinn mill-uffiċċju. Billi tippreżenta lilek innifsek daqslikieku se tmur fl-uffiċċju jista’ jgħinek tħossok professjonali u ffukat(a). Jista’ jagħti l-każ li ma jkollokx għalfejn tivvjaġġa biex taħdem, iżda tħallix dan iwaqqfek milli tistabbilixxi ħin  biex tibda taħdem. Il-fatt li toħloq u żżomm struttura jista’ jagħmel differenza bejn li jkollok ġurnata produttiva jew le.

Oħloq spazju biex taħdem fih

Biex tibqa’ motivat(a) matul il-ġurnata tax-xogħol, jista’ jkun li jkollok tisbarazza żona fid-dar tiegħek u toħloq spazju fejn taħdem. Dan jista’ jinkludi uffiċċju bi skrivanija, jew struttura innovattiva fil-kamra tal-ikel. Kamra għall-kwiet jew b’dehra tal-ġnien tista’ tħeġġek tiffoka aktar milli s-sufan quddiem it-TV. L-aktar ħaġa importanti hija li tevita u tnaqqas id-distrazzjonijiet biex tgħin lilek innifsek tiffoka fuq il-kompiti tiegħek.

Meta tidħol fl-ispazju tax-xogħol, ittrattah bħall-uffiċċju u l-post tax-xogħol tiegħek aktar milli l-post fejn tistrieħ. Waqt il-pawżi tiegħek warrab mill-ispazju tax-xogħol biex tisseparah miż-żoni ta’ rilassament.

Ħu pawżi skedati

Ħu l-istess pawża għall-pranzu li tieħu normalment u skeda waqfiet regolari qosra matul il-ġurnata (forsi waqfa ta’ 10 minuti kull sagħtejn xogħol li tagħmel). Dan jgħinek biex tibqa’ ffukat(a) meta tkun qed taħdem għax tkun qed toħloq differenzi ċari bejn ix-xogħol u l-pawżi. L-iskedi jgħinuna nkunu nafu meta rridu nikkonċentraw u meta rridu nirrilassaw, b'hekk nikkontribwixxu għal żieda fil-produttività fil-perjodi ta’ konċentrazzjoni tal-ġurnata tagħna.

Involviment mal-kollegi tiegħek

Jista’ jkun ma tkunx qed tħossok daqslikieku qiegħed/qiegħda x-xogħol meta ma tkunx qed tpoġġi ħdejn il-kollegi tiegħek, iżda xorta waħda tista’ tinteraġixxi magħhom mill-bogħod. Meta tistedinhom għal laqgħa jew għal telekonferenza fuq Skype u tiddiskuti dak li tkun qed taħdem fuqu se jimmotivak biex iżżid il-produttività tiegħek. Il-fatt li tara wiċċhom se jgħinek tiftakar li filwaqt li m’intix fl-uffiċċju, int qiegħed/qiegħda fuq il-post tax-xogħol.

Li tibqa’ produttiv/a meta taħdem mid-dar jew mill-bogħod mhuwiex dejjem faċli, iżda jekk issegwi dawn l-erba’ suġġerimenti u żżomm struttura matul il-ġurnata tax-xogħol tiegħek, żgur li se tilħaq l-għanijiet tiegħek ta’ kuljum.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.