Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet6 Jannar 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif titlob lill-impjegatur tiegħek għal żieda fil-paga

Ħafna impjegati jsibuha diffiċli biex jitolbu lill-kap tagħhom għal żieda fil-paga. Madankollu, jekk inti tgħallimt dak kollu li stajt fir-rwol tiegħek u lest(a) għal sfida ġdida, kellek prestazzjoni tajba b’mod konsistenti jew dħalt għal kompiti li huma ogħla mill-grad tal-paga tiegħek, ikun ġust li tingħata kumpens għal xogħlok.

How to ask your employer for a pay rise

Ara fejn tinsab mil-lat tal-paga

Waħda mill-ewwel affarijiet li trid tagħmel qabel ma titlob żieda fil-paga hu li tqabbel is-salarju tiegħek ma’ dak ta’ impjegati oħra fil-livell tiegħek u fis-settur tiegħek. Hemm ħafna modi kif tista’ tagħmel dan. Tista’ tistaqsi lill-uffiċjal tar-riżorsi umani tal-kumpanija tiegħek dwar il-kategorija tas-salarju għal-livell tiegħek, titkellem mal-kollegi tiegħek, iżżur sit web nazzjonali għat-tqabbil tas-salarji, jew tfittex offerti ta’ impjieg online biex tara kemm qed joffru impjegaturi oħrajn għal rwol simili. Post tajjeb biex tagħmel dan tal-aħħar huwa l-portal tal-EURES , fejn fil-preżent għandna 4 miljun impjieg.

Ibni każ

Ħares lura u rrifletti dwar ix-xogħol li għamilt mill-aħħar żieda fil-paga tiegħek (jew minn meta ġejt irreklutat(a)). Ipprova ikseb statistiċi speċifiċi, kif ukoll eżempji ta’ drabi meta mort lil hinn minn dak mistenni minnek biex tagħmel xogħlok. Dan jinkludi sahra, kompiti kompluti li huma ogħla mill-grad tal-paga tiegħek, mentoraġġ ta’ impjegati ġodda, eċċ. Aktar ma tkun tista’ tagħti eżempji konkreti lill-maniġer tiegħek, aktar se jkun b’saħħtu l-każ tiegħek għal żieda fil-paga.

Agħżel il-ħin it-tajjeb

Żball komuni li l-impjegati spiss jagħmlu meta jitolbu żieda fil-paga huwa li jagħżlu l-ħin ħażin biex jagħmlu dan. Evita perjodi impenjattivi meta l-kap tiegħek ikun taħt stress, kif ukoll il-perjodi meta l-kumpanija tiegħek tkun qed tagħmel tnaqqis. Ipprova kellem lill-kap tiegħek wara xi kisba kbira għall-kumpanija tiegħek.

Barra minn hekk, ikkunsidra l-kompiti tiegħek. Qed taħdem għal xi kisba importanti jew daqt tasal fi stadju importanti professjonali? Jaf ikun aħjar jekk tistenna sakemm dan iseħħ, sabiex ikollok raġunijiet aħjar għal żieda fil-paga.

Agħmel dan wiċċ imb wiċċ

F’dinja ta’ wara l-pandemija fejn ix-xogħol mill-bogħod sar in-normalità l-ġdida, tista’ tiġik it-tentazzjoni li titlob żieda fil-paga permezz ta’ email. Madankollu, jekk tagħmel dan wiċċ imb wiċċ (jew permezz ta’ vidjokonferenza) jaf ikollok riżultat aħjar. In-negozjati dwar is-salarju huma konverżazzjoni, għaldaqstant kun ċert(a) li tippjana laqgħa mal-kap tiegħek fejn tkun tista’ titkellem minflok tagħmel skambju ta’ emails.

Tinnegozjax għal inqas milli taħseb li jistħoqqlok

Xi drabi, tant inħossuna skomdi li nitolbu żieda fil-paga li nitolbu inqas milli naħsbu li jistħoqqilna. Inti l-akbar sostenitur tiegħek innifsek, u għalhekk ma tistax tiddiżappunta lilek innifsek. Jekk taħseb li jistħoqqlok żieda fil-paga ta’ 10 %, allura staqsi għal 10 %. Mhux probabbli li l-impjegatur tiegħek se joffrilek aktar milli tkun tlabt, għaldaqstant tagħmilx kompromessi miegħek innifsek.

Kun pożittiv(a) u kunfidenti

Il-lingwaġġ tal-ġisem hija importanti ħafna f’dak li għandu x’jaqsam man-negozjati dwar is-salarji. Uri lill-kap tiegħek li inti kunfidenti dwar dak li taħseb li jistħoqqlok, iżda tkunx arroganti. Oqgħod bilqiegħda dritt(a), żomm il-kuntatt tal-għajnejn waqt il-laqgħa u kun żgur(a) li jkollok attitudni pożittiva. Tinsiex tenfasizza kemm inti grat(a) għal dan l-impjieg u li inti parti mill-kumpanija.

Kun lest(a) biex tidħol għal aktar xogħol

Xi kultant, in-negozjati dwar is-salarji ma jmorrux kif ippjanat. Jekk l-impjegatur tiegħek jgħid “le”, staqsih x’tista’ tagħmel aktar biex tikkwalifika għal żieda fil-paga. Jaf kull ma jkun hemm bżonn hu li tidħol għal xi kompiti oħra biex turi x’tiswa.

Skadenzi stretti huma sfida komuni fid-dinja tax-xogħol. Tgħallem kif tindirizza l-iskadenzi tiegħek, kemm dawk qrib kif ukoll dawk imbiegħda, u taħdem mingħajr stress.

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Qed tbati biex tagħti biċċa xogħol fil-ħin?Tgħallem kif qatt ma terġa’ taqbeż skadenza oħra

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.